Mogħdija tan-navigazzjoni

L-azzjonijiet madwar l-UE għandhom impatt qawwi fuq kwistjonijiet li huma importanti għan-nisa.

In-nisa madwar l-UE jaqilgħu medja ta' 17.5% inqas mill-irġiel, skont statistiċi ġodda tal-UE, maħruġa bħala parti minn kampanja tal-Kummissjoni biex tnaqqas id-differenza fil-pagi bejn is-sessi.

Ir-rapport iwaħħal fit-tradizzjonijiet, l-isterjotipi u l-problemi biex jinsab bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u l-ħajja privata. In-numru ta' nisa Ewropej fil-forza tax-xogħol qed jogħla u 59% tal-gradwati ġodda mill-università huma nisa. Iżda ftit huma dawk b'pożizzjonijiet ta' responsabbiltà meta mqabbla mal-irġiel u huma kkonċentrati fi professjonijiet li jġibu inqas flus.

"Ir-riċessjoni ekonomika x'aktarx li taffettwa lin-nisa iktar mill-irġiel, għax in-nisa ħafna drabi jkollhom impjiegi prekarji," jgħid ir-rapport.

Il-kampanja għal pagi ndaqs għandha l-għan li tqajjem kuxjenza dwar id-differenza fil-pagi u kif din tista’ tiġi indirizzata. Imnedija fit-3 ta' Marzu qabel il-jum internazzjonali tan-nisa, il-kampanja se ddum għaddejja sa Awissu u se tinkludi pakkett ta' informazzjoni għal min iħaddem u t-trejdjunjins, websajt, kartelluni u riklami.

Bil-popolazzjoni li qed tixjieħ, l-UE għandha bżonn lin-nisa biex tespandi l-forza tax-xogħol, speċjalment fit-teknoloġija tal-informatika. Is-settur tal-IT tal-Ewropa qed jistenna nuqqas ta' 300,000 inġiniera kwalifikati sas-sena d-dieħla, u inqas minn wieħed f'ħames xjenzjati tal-kompjuter fl-Ewropa huma nisa.

Dan ix-xahar, ħames kumpaniji tal-IT prominenti - Alcatel-Lucent, IMEC, Orange-France, Microsoft u Motorola - iffirmaw ftehim biex jagħmlu l-impjiegi fit-teknoloġija iktar attraenti għan-nisa. Il-ftehim kien negozjat mill-UE, parti mill-istimolu tal-Kummissjoni English biex tattira iktar "cyberellas" fl-industrija. Il-Kummissarju għat-telekomunikazzjonijiet Viviane Reding qed tħeġġeġ kumpaniji oħra biex jimxu fuq l-eżempju tagħhom.

F'rabta mal-jum internazzjonali tan-nisa, l-UE qed tiffinanzja wkoll kompetizzjoni tat-tpenġija Englishfrançais għat-tfal fuq it-tema tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa. It-tpenġija rebbieħa se titqassam f'fuljett għall-iskejjel.

Bl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li se jsiru f'Ġunju ta' din is-sena, il-Kummissarju Margot Wallström nediet dibattitu onlajn dwar in-nisa fil-politika English .

Aktar tagħrif dwar is-sitwazzjoni tan-nisa u l-irġiel fl-UE

Aktar dwar għajnuna lin-nisa madwar id-dinja Englishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli