Mogħdija tan-navigazzjoni

Taf x'tista' tagħmel l-Ewropa soċjali għalik? - 19/02/2009

Ħaddiem fiċ-ċirklu lest biex jiġi sparat minn kanun © KE

Kampanja ġdida ispirata miċ-ċirklu se tqajjem il-kuxjenza tal-politiki soċjali tal-UE fl-2009.

Il-ħaddiema u min qed ifittex ix-xogħol madwar l-Ewropa huma fost dawk li kuljum igawdu mill-firxa wiesgħa ta' politiki tal-impjiegi, soċjali u tal-opportunitajiet indaqs tal-UE.

Il-portal tal-impjiegi EURES, ngħidu aħna, jiggwida lill-persuni li jixtiequ jgħixu u jaħdmu f'pajjiż Ewropew ieħor. Kull sena, disa' miljun persuna jitħallsu mill-Fond Soċjali Ewropew biex jaġġornaw il-ħiliet tagħhom u jtejbu l-prospetti tax-xogħol tagħhom. Politiki oħra jgħinu biex jonqsu l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol, jiġi indirizzat il-faqar, jiġu żgurati sistemi tal-pensjoni li jibqgħu vijabbli u jippromwovu l-opportunitajiet indaqs. Fl-aħħarnett, l-UE qed taħdem mal-gvernijiet nazzjonali biex tindirizza l-impatti soċjali u fuq is-suq tax-xogħol tar-riċessjoni kurrenti.

Dan l-aħħar l-UE nediet kampanja biex tqajjem il-kuxjenza ta' dawn il-politiki tant prattiċi. Qed tuża serje ta' strixxuni provokanti li jolqtu l-għajn bi stampi taċ-ċirklu biex turi disa' oqsma differenti ta' azzjoni tal-UE. It-tema taċ-ċirklu tkompli f'serje ta' 'cartoons' animati, u b'avvenimenti madwar l-Ewropa fl-2009. Wara s-suċċess f'Ċipru u f'Malta, il-'kampanja taċ-ċirklu' tal-UE se ssir ukoll f'dawn l-ibliet:

Bratislava - Marzu 2009

Marseilles - Marzu 2009

Praga - Marzu 2009

Wrexham - April 2009

Thessaloniki - Mejju 2009

Liżbona - Mejju 2009

Pariġi - Mejju 2009

Il-kampanja se tlaqqa' lill-imsieħba lokali f'tined taċ-ċirklu f'avvenimenti lokali bħal fieri tax-xogħol, il-ftuħ ta' dipartement tal-università ġdid u ċelebrazzjonijiet ta' Jum l-Ewropa. Fis-Slovenja l-istrixxuni tal-kampanja se jitwaħħlu fuq il-karozzi tal-linja matul is-sena kollha.

Ġabra ta' fatti - x'jistgħu jagħmlu għalik il-programmi soċjali tal-UE

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli