Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-ġurnalisti kontra l-inġustizzja - 06/02/2009

Strixxun dwar il-kampanja kontra d-diskriminazzjoni mdendel mal-bini ewlieni tal-Kummissjoni

Żewġ ġurnalisti, Franċiż u Daniż, qasmu bejniethom l-ewwel premju tal-2008, imtella' mill-Kummissjoni Ewropea u ddedikat lit-tema: "Għad-diversità, kontra d-diskriminazzjoni".

Id-diskriminazzjoni tfeġġ f'ħafna għamliet u spiss tissemma fl-istampa u l-mezzi tax-xandir: plejer tal-futbol li ma jiddejjaq xejn juri li huwa omosesswali fid-dinja tant maskilista li spiss iħaddan dan l-isport, persuna li tikkonverti għar-reliġjoni Musulmana u l-iskoperta ta' xi wħud li saru stranġieri f'pajjiżhom stess, filwaqt li jisfidaw l-istatistika u l-isterjotipi sabiex jirnexxu minkejja l-preġudizzji. Fost il-545 artiklu li ħadu sehem fil-kompetizzjoni ta' dis-sena, żewġ ġurnalisti ngħataw l-ewwel premju flimkien: il-Franċiża Pascale Krémer għall-artiklu tagħha «I-omofobja u l-futbol: il-lezzjoni ta' Chooz» ('Le Monde') u d-Daniż Ole Hall għal «Il-Musulmani Daniżi huma suġġetti għall-fastidju» ('Morgenavisen Jyllands-Posten').

Il-ġurnalisti Portugiżi Christiana Martins u Marisa Antunes ħadu t-tielet premju għall-artiklu «'Elite' bla razziżmu» ('Expresso'). Ingħata wkoll premju speċjali lill-ġurnalista Griega Mika Kontourousi għall-artiklu tagħha "Yuzyan tixref 'il barra mit-tribù tagħha"('Eleftheros Tipos'), dwar żingara li għażlietha jisfidaw il-preżunzjonijiet tal-komunità tagħha u s-soċjetà in ġenerali.

Il-premju għall-ġurnalisti huwa fost l-attivitajiet prinċipali tal-kampanja "Għad-diversità, kontra d-diskriminazzjoni", li twaqqfet fl-2003 u hija ffinanzjata permezz tal-programm Ewropew Progress. Dan il-premju jonora lill-ġurnalisti tal-mezzi stampati u dawk onlajn li jiġbdu l-attenzjoni tal-qarrejja tagħhom lejn il-preġudizzju, l-esklużjoni u d-diskriminazzjoni, li spiss għadhom jiġu esperjenzati minn persuni ta' ċerti oriġini, reliġjonijiet, etajiet, sess, diżabiltajiet jew orjentazzjoni sesswali.

Ġurnalista Portugiża oħra, Maria Do Céu Neves, kienet diġà rebħet il-premju fl-2007. Waqt li kienet qed tirriċerka għall-artiklu tagħha "Il-Portugiżi jikkontribwixxu għal għamla ġdida ta' tjassir fl-Ewropa"('Diário de Noticias'), ingħaqdet ma' grupp ta' ħaddiema Portugiżi li kienu qed ifittxu x-xogħol fl-industrija tat-tkabbir tat-tadam fis-serer fl-Olanda, f'kundizzjonijiet ferm imwiegħra.

L-esperjenza tagħha turina li l-kuxjenza umana spiss tissawwar b'aktar ħeffa mil-liġijiet. Minkejja li ħidmietha ħalla impatt qawwi fil-Portugall, anke fuq it-televixin, għadu xorta ma wassalx għat-tibdiliet fil-liġi li kienet qed tistenna - ngħidu aħna li jiġi żgurat li l-immigranti jingħataw iċ-ċans li jiffirmaw kuntratt bil-kitba bil-lingwa rispettiva tagħhom. Maria, madankollu, tittama li x-xogħol ġurnalistiku tagħha jservi ta' twissija għall-emigranti dwar l-isfruttament li għandhom imnejn iħabbtu wiċċhom miegħu.

Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli