Mogħdija tan-navigazzjoni

Ħiliet ġodda = impjiegi aħjar - 17/12/2008

Żagħżugħa qed tifli l-avviżi dwar il-postijiet tax-xogħol battala f'gazzetta © KE

Rapport juri li l-biċċa l-kbira tal-ħaddiema fl-UE dalwaqt se jkunu qed jaħdmu fl-industrija tas-servizzi.

Sal-2020, tlieta minn kull erba' persuni li jaħdmu fl-UE se jkunu impjegati fis-servizzi, bħall-assikurazzjoni, il-kura tas-saħħa, il-ħwienet u l-edukazzjoni, skont rapport ġdid English dwar il-futur tas-suq tax-xogħol Ewropew.

Ir-rapport jgħid ukoll li aktar impjiegi se jibdew jirrikjedu edukazzjoni ogħla u ħiliet aktar avvanzati, minbarra kapaċitajiet analitiċi ġeneriċi, komunikattivi, fl-użu tal-kompjuters u f'kemm wieħed kapaċi jaħdem f'tim. Fl-istess waqt, id-domanda mistennija li tikber għal ċerti impjiegi li jirrikjedu ftit ħiliet jew xejn.

Il-mexxejja tal-gvernijiet Ewropej ikkummisjonaw ir-rapport bi sforz biex iħejju l-forza tax-xogħol għall- impjiegi ta' għada English u jevitaw il-mod kif illum il-ħaddiema mhumiex dejjem preparati għax-xogħol li hemm disponibbli għalihom. Hemm bosta industriji fl-Ewropa li qed isibuha iebsa li jimlew il-postijiet battala fi ħdanhom, speċjalment dawk li jirrikjedu kapaċitajiet avvanzati. Fl-istess waqt mhux xi ħaġa kbira li ssib persuni b'edukazzjoni tajba ħafna li jispiċċaw jagħmlu xogħol ta' livell baxx, li juri li l-għarfien mhux dejjem ifisser li wieħed għandu aktar ħiliet.

Il-Kummissjoni ħabbret pjanijiet sabiex tissorvelja s-suq tax-xogħol b'aktar reqqa fid-dawl tal-kriżi ekonomika u sabiex tipprovdi aġġornamenti regolari dwar l-iżviluppi mbassra. Proposti oħra għandhom l-għan li jħeġġu l-pariri dwar l-impjiegi u l-mobbilità tal-ħaddiema, filwaqt li jtejbu l-għarfien tas-suq tax-xogħol dinji permezz ta' kuntatti ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u pajjiżi oħra li jinkludu l-Istati Uniti, il-Kanada u ċ-Ċina. Fl-2009, se jitwaqqaf grupp ta' esperti sabiex isostni dawn l-isforzi.

Is-suq tax-xogħol Ewropew qed jinbidel malajr minħabba t-teknoloġija ġdida, il-globalizzazzjoni, il-popolazzjoni li kull ma jmur qed tixjieħ u t-tranżizzjoni lejn ekonomija msejsa fuq l-użu ta' anqas karbonju. Fl-istess waqt qed ikompli jissawwar f'suq ibbażat fuq is-servizzi u l-għarfien aktar milli fuq l-agrikoltura u l-manifattura tradizzjonali. Ħilet il-ħaddiema li jadattaw irwieħhom hija kruċjali għall-armonija soċjali u t-tkabbir ekonomiku.

Kollox ma' kollox, bejn l-2006 u l-2020, mistennija li jinħolqu madwar 20 miljun post tax-xogħol ġdid fl-UE. Ma' dawn irridu nżidu 80 miljun oħra li mistennija jfeġġu hekk kif il-ħaddiema mill-ġenerazzjoni tal-'baby boomers' jirtiraw u l-popolazzjoni fil-faxxa tal-età tax-xogħol tiċkien. Mistennija jkun hemm nuqqasijiet ta' ħaddiema, anke f'dawk l-oqsma li qegħdin jagħtu s-sensji bħalissa. Il-Kummissjoni nnutat li l-kriżi ekonomika tagħmilha diffiċli li wieħed ibassar x'għad jiġri fil-qasam tal-impjiegi, u ċ-ċifri jafu jinbidlu.

Tressaq ukoll pjan sabiex titrawwem il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE dwar ir-riforma fl-edukazzjoni u t-taħriġ English .

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli