Mogħdija tan-navigazzjoni

Jinfetħu l-bibien għal dawk b'diżabilità - 01/12/2008

Għalliema f'wheelchair fi klassi mimlija studenti © EC

L-UE tilqa' ideat dwar kif tista' ttejjeb il-ħajja tan-nies b'diżabilità.

Fil-belt ta' Linares fin-Nofsinhar ta' Spanja xi wħud mill-ħwienet m'għandhomx biebien, iżda mhux minħabba s-sħana. Ir-raġuni hi ċertu residenti bħal Coral Montilla Gonzalez, li tinsab f'wheelchair.

Li tmur tixtri fiċ-ċentru kienet xi ħaġa verament diffiċli għaliha. Imma dan m'għadux il-każ wara li dan id-distrett ġie rranġat biex ir-residenti b'diżabilità ikollhom aktar aċċessibilità. Il-bankini tbaxxew, ġew miżjuda rampi għall-wheelchairs u minflok bibien hemm aperturi wisgħin.

"Nista' mmur ħafna postijiet fejn ma stajtx immur qabel," qalet Coral. "Kien ikolli bżonn l-għajnuna. Imma issa le."

L-inizjattiva ta' Linares turi l-importanza tal-gvern lokali fi sforz li jqarreb lil dawk b'diżabilitajiet mal-bqija tas-soċjetà. Azzjonijiet ta' din ix-xorta qed ikattru interess ġdid fl-UE – li għandha pjan ta' azzjoni dwar id-diżabilità DeutschEnglishfrançais li jispiċċa fl-2010 – biex toħloq dibattitu dwar x'għandha tagħmel fil-ġejjieni għan-nies b'diżabilitajiet.

L-azzjoni lokali kienet it-tema ta' konferenza organizzata mill-Kummissjoni f'Diċembru biex tfakkar il- Jum Ewropew dwar in-nies b'diżabilitajiet. Fost oħrajn, il-parteċipanti ddiskutew kif għandhom jintefqu l-fondi tal-UE fuq livell lokali biex tittejjeb il-ħajja tad-diżabbli.

'Il fuq minn 50 miljun Ewropew - aktar minn 10% tal-popolazzjoni - għandhom xi diżabilità. Għalihom, il-qadi ta' kuljum bħall-posta jew ix-xiri jista' jkun ta' sfidi kbar. U għalkemm illum-il ġurnata għandhom aktar għajnuna minn qatt qabel, in-nies b'diżabilità jkomplu jħabbtu wiċċhom ma' ostakli enormi - fl-impjieg, l-edukazzjoni u l-housing. Dan jammonta għal diskriminazzjoni.

L-UE diġà għandha liġijiet li jipprojbixxu d-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol. Aktar kmieni din is-sena, il-Kummissjoni pproponiet leġiżlatura li tiżgura aċċess ugwali f'oqsma oħra. Il-liġi tapplika għan-nies kollha, mhux biss għad-diżabbli.

Strument legali ieħor li mistenni jkollu impatt kbir fuq il-politika tal-UE hija l-konvenzjoni l-ġdida tan-NU dwar id-drittijiet tan-nies b'diżabilitajiet DeutschEnglishfrançais, li tkopri kollox mill-ġustizzja għat-trasport għas-saħħa u l-IT. Il-konvenzjoni tirrappreżenta bidla sinifikanti peress li tiddefinixxi d-diżabilità bħala kwistjoni ta' drittijiet tal-bniedem, mhux sempliċiment bħala benessri soċjali.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli