Mogħdija tan-navigazzjoni

Periklu fuq il-post tax-xogħol - 24/10/2008

Valutazzjoni tar-riskju hija kruċjali għas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

Kien inċident prevedibbli.

Dakinhar kien hemm ħafna xogħol fir-razzett fit-Tramuntana ta' Franza. Viviane Decock kienet bieżla timla l-kaxex bl-indivja friska. Kien żmien il-ħsad u kienet qed titħabat biex tlaħħaq ma' dawk li jiġbru l-indivja. F'daqqa waħda ndunat b'kaxxa li kienet se taqa' mill-magna li timmunzella.

"F'dak il-ħin ma kienx hemm gaġġa ta' protezzjoni. Għalhekk kien faċli għalija li ngħolli jdejja biex inżomm il-kaxxa ... idejja nqatgħet bil-magna."

Kull sena madwar 7,500 ħaddiem fl-UE jmutu fuq il-post tax-xogħol u madwar 170,000 imutu b'inċidenti jew mard relatati mal-post tax-xogħol. Iktar minn 7 miljuni jweġġgħu sew tant li jkollhom bżonn tal-anqas tliet ijiem ma jmorrux ix-xogħol. L-agrikoltura, il-kostruzzjoni, it-trasport u l-kura tas-saħħa huma l-iktar xogħolijiet perikolużi.

Ħafna minn dawn l-inċidenti u l-mard jistgħu jiġu evitati permezz ta' valutazzjoni tar-riskju, iżda ħafna minn dawk li jħaddmu ma jagħmluhomx kif suppost. X'aktarx li kumpaniji kbar iwettqu studju ta' valutazzjoni tar-riskju iktar mill-kumpanija ż-żgħar. Madankollu, 80% tal-inċidenti u 90% tal-imwiet fuq il-post tax-xogħol isiru fin-negożji ta' daqs żgħir u medju. L-inċidenti u l-mard relatati mal-post tax-xogħol mhumiex biss traġedja għall-individwi involuti. Jagħmlu ħsara lin-negozju wkoll.

L-importanza ta' valutazzjoni tar-riskju ġiet enfasizzata f'kampanja tal-UE li tirrakkomanda lill-kumpaniji biex iwettqu l-valutazzjonijiet. Saru mijiet ta' avvenimenti - konferenzi, eżibizzjonijiet u sessjonijiet ta' taħriġ - madwar l-Ewropa matul il-Ġimgħa Ewropea għas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol English (20-24 ta' Ottubru).

Is-Sinjura Decock kienet waħda mill-10 persuni impjegati fir-razzett tal-indivja fiż-żmien tal-inċident tagħha. It-tobba rnexxielhom jerġgħu jwaħħlulha idejha iżda ħaditilhom 18-il xahar, bi tliet operazzjonijiet u reabilitazzjoni intensiva qabel ma setgħet terġa' tibda tużaha.

Wara l-inċident fl-2002, ġie installat skrin ta' protezzjoni madwar is-sistema ta' l-immunzellar u żewġha, sid ir-razzett, ġab speċjalista biex jgħinu jidentifika iktar theddid għas-sigurtà tal-ħaddiema. "Sirna ħafna iktar konxji wara l-inċident", qal Géry Decock. "Qabel, konna naħdmu biss. Qatt ma ħsibna dwar il-perikli li seta' jkun hemm."

L-Aġenzija Ewropea għas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli