Mogħdija tan-navigazzjoni

Is-sagrifiċċji ta' ġenitur - 03/10/2008

Mara tqila tuża laptop u żżomm tarbija

Skont rapport, fl-UE ċ-ċentri li jieħdu ħsieb it-tfal għadhom problema kbira għall-ommijiet ħaddiema.

Għal snin, il-ġenituri fl-UE ssieltu biex isibu faċilitajiet li jieħdu ħsieb it-tfal ta' kwalità u li huma għall-but ta' kulħadd. Fl-2002, il-mexxejja tal-UE ħabbru li ċ-ċentri li jieħdu ħsieb it-tfal huma prijorità minn ta' quddiem nett. Filfatt, biex juru dan stabbilew għanijiet speċifiċi. Laħqu ftehim biex jagħmlu ċ-ċentri li jieħdu ħsieb it-tfal disponibbli mill-inqas għal terz tat-tfal taħt it-3 snin u 90% tat-tfal bejn it-3 snin u l-età skolastika.

Minn dak iż-żmien għaddew sitt snin u bosta pajjiżi għandhom lura milli jilħqu dawk l-għanijiet. Dan jixhdu rapport ta' progress DeutschEnglishfrançais.

Ir-rapport tal-UE huwa parti minn pakkett ikbar biex jgħin lill-ommijiet ħaddiema Englishfrançais. Waħda mill-proposti tagħti lill-ommijiet ġodda 18-il ġimgħa ta' lif tal-maternità bil-ħlas. Erbgħa aktar milli huma intitolati taħt il-liġijiet attwali tal-UE.

Proposta oħra tagħti dritt lin-nisa li jaħdmu għal rashom biex jieħdu lif tal-maternità bil-ħlas permezz tal-pjan għas-sigurtà soċjali ta' pajjiżhom. Barra minn hekk nisa li jaħdmu għal negozju tal-familja bħal f'farm ikunu intitolati għas-sigurtà soċjali biex tgħinhom ikomplu ħajjithom jekk ikunu romol jew separati.

Ħames pajjiżi tal-UE biss laħqu l-għan għas-servizzi li jieħdu ħsieb it-tfal li għandhom inqas minn 3 snin - il-Portugall, ir-Renju Unit, Franza, il-Lussemburgu u s-Slovenja - għalkemm hemm oħrajn li qed joqorbu. Tmien pajjiżi żammu kelmthom fir-rigward tal-għan li jinvolvi tfal akbar: il-Belġju, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Iżvezja, l-Estonja u l-Italja.

In-nuqqas ta' ċentri li jieħdu ħsiebit-tfal hija problema kbira kemm rigward l-opportunità indaqs kif ukoll it-tkabbir ekonomiku. Raġuni għala r-rati tat-twelid qed jonqsu daqshekk fl-UE hi li l-koppjima jixtiequx tfal minħabba l-biża li ma jsibux ċentru li jieħu ħsieb it-tfal.

B'popolazzjoni li qed tixjieħ, l-UE teħtieġ b'mod urġenti li n-nisa jespandu l-forza tax-xogħol. Iżda ta' spiss l-ommijiet jispiċċaw jitilqu xogħolhom biex jieħdu ħsieb uliedhom. Meta mqabbel ma 92% tal-irġiel, 66% biss tan-nisa bi tfal dipendenti minhhom jaħdmu.

Din ix-xejra qed ixxekkel l-isforzi tal-UE biex tnaqqas id-distakk bejn is-sessi DeutschEnglishfrançais. In-nisa jkomplu jaqilgħu 15% inqas mill-irġiel u jokkupaw inqas xogħolijiet b'kariga għolja. "Ta' spiss wisq, it-tfal għan-nisa jfissru telf tal-prospetti tas-salarju u x-xogħol" qal il-Kummissarju tal-Impjieg Vladimir Špidla.

Ir-responsabbiltà tal-kura tat-tfal taqa' f'idejn il-pajjiżi individwali iżda dawn jistgħu jiksbu fondi mill-faċilitajiet tal-UE biex jiżviluppaw faċilitajiet li jieħdu ħsieb it-tfal. Madwar €500 miljun huma disponibbli għall-2007-13.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli