Mogħdija tan-navigazzjoni

Żgħażagħ mill-Ewropa u mill-Afrika ta' Fuq jerfgħu l-bandieri nazzjonali, ta' l-UE u tan-NU

Fl-2008 qed jittellgħu seba' dibattiti dwar kif nistgħu ngħixu flimkien minkejja d-diversità

Din is-Sena Ewropea ddedikata lid-djalogu interkulturali tinkludi sensiela ta' dibattiti bejn il-Kummissarji u l-Membri Parlamentari Ewropej, ir-rappreżentanti ta' gruppi ta' interess u think tanks, ġurnalisti u studenti dwar kif l-UE tista' trawwem id-djalogu bejn il-kulturi.

Id-dibattitu li jmiss, li se jittella' nhar l-14 ta' Mejju, se jkun dwar id-djalogu bejn ir-reliġjonijiet. Dan huwa suġġett attwali ħafna peress li d-diviżjonijiet etniċi kull ma jmur qegħdin dejjem aktar jitwessgħu u l-fundamentaliżmu reliġjuż qiegħed jiżdied. Dan it-tielet dibattitu se jiffoka fuq it-tħeġġiġ tar-rispett u r-rikonoxximent bejn il-gruppi etniċi u r-reliġjonijiet differenti, it-tħaddin tad-diversità kulturali u reliġjuża u t-tqarrib ta' nies li jħaddnu reliġjonijiet u twemmin differenti.

L-ewwel żewġ diskussjonijiet taw ħarsa lejn l-impatt ta' l-immigrazzjoni fuq id-djalogu interkulturali, u l-użu ta' l-arti u l-kultura bħala mezz ta' aċċess u għarfien ta' kulturi oħrajn. Sa tmiem is-sena, se jittellgħu erba' dibattiti oħra. Dawn se jkunu dwar id-djalogu interkulturali fuq il-post tax-xogħol, il-multilingwiżmu, l-edukazzjoni u s-sehem ta' l-istampa u l-mezzi tax-xandir.

Kulħadd jista' jieħu sehem fid-dibattiti – kulma trid tagħmel huwa li tirreġistra. Tista' wkoll tħalli l-kummenti tiegħek fil-forum onlajn, li se jkun miftuħ ġimgħa qabel u wara d-dibattitu.

Uża din is-sena Ewropea ddedikata lid-djalogu interkulturali sabiex taqsam l-ideat tiegħek dwar kif jistgħu jittejbu r-relazzjonijiet bejn il-kulturi u r-reliġjonijiet. Apparti mid-dibattiti, se jkun hemm xi avvenimenti li se jiffokaw fuq iż-żgħażagħ, il-kultura u ċ-ċittadinanza, u proġetti nazzjonali fil-pajjiżi ta' l-UE.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli