Mogħdija tan-navigazzjoni

Is-suq ta’ l-impjiegi fl-UE sejjer tajjeb - 22/02/2008

Persunal ta’ uffiċċju jċapċap

Mistennija miljuni ta’ impjiegi ġodda u rata ta’ diżokkupazzjoni aktar baxxa fl-UE meta r-riformi nazzjonali jaqbdu deħlin fis-seħħ, imma ż-żgħażagħ xorta qed imorru minn taħt.

L-aħħar rapport tal-Kummissjoni dwar l-impjiegi DeutschEnglishfrançais juri sitwazzjoni inkoraġġanti peress li jbassar li sa l-2009 fl-UE se jkun hawn 5 miljun impjieg ġdid, fuq is-6.5 miljuni li nħolqu fl-aħħar sentejn. Id-diżokkupazzjoni mistennija taqa’ għal inqas minn 7% dis-sena biex b’hekk twassal l-għadd ta' diżokkupati fl-aktar livell baxx minn nofs it-tmeninijiet.

“Riformi riċenti fis-suq ta’ l-impjiegi qed jaqbdu juru impatt” qal il-Kummissarju ta' l-impjiegi Vladimír Špidla. “Id-diżokkupazzjoni strutturali niżlet b’terz mill-2004 u r-rata ta’ l-impjieg fl-UE, li bħalissa qiegħda 66% resqet ħafna aktar qrib tal-mira ġenerali li hija 70%”

Nofs il-pajjiżi ta’ l-UE (meta mqabbla ma verament ftit minnhom fl-2006) issa qegħdin jaħdmu attivament biex jiksbu aktar flessibilità fis-suq tax-xogħol flimkien ma’ aktar sigurtà ta’ l-impjiegi. Il-metodu “flexicurity” jipprova jġiegħel is-swieq ta’ l-impjiegi jirrispondu aħjar għall-globalizzazzjoni, inaqqas id-diżokkupazzjoni strutturali u jħaffef it-tranżizzjoni għal suq tax-xogħol aktar miftuħ.

Għalkemm aktar nisa u nies ixjeħ qed jaħdmu, il-problemi hemm għadhom, bid-diżokkupazzjoni taż-żgħażagħ f'medja ta' 17.4%. Dan huwa tħassib persistenti f’bosta pajjiżi ta’ l-UE peress li ż-żgħażagħ huma aktar suxxettibbli li jkunu diżokkupati mill-bqija tal-ħaddiema ġenerali.

Parti mill-problema hi li kważi wieħed f’kull sitt żagħżugħ jew żagħżugħa jitilqu kmieni mill-iskola. L-UE qed tipprova tnaqqas dan in-numru billi tirrekkomanda aktar investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ biex tagħti spinta fil-livelli ta' suċċess.

Rapport ieħor ta' progress - dwar il-benessri u l-inklużjoni soċjali DeutschEnglishfrançais - huwa mistenni fil-25 ta’ Frar.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli