Mogħdija tan-navigazzjoni

L-aħħar tokki tal-kampanja "Inħaffu t-tagħbija" - 19/02/2008

Bennejja jipparteċipaw f'lezzjoni ta' l-aerobika

Kampanja intiża biex tipprevjeni d-disturbi muskoloskeletali tintemm b'ċerimonja f'Bilbao.

Fl-avveniment li se jimmarka l-għeluq tal-kampanja "Inħaffu t-tagħbija", nhar is-26 ta' Frar, disa' kumpaniji Ewropej se jiġu onorati għall-kontributi eċċezzjonali u innovattivi tagħhom sabiex jipprevjenu d-disturbi muskoloskeletali (MSDs) konnessi max-xogħol

Il-konferenza se toffri l-aħħar data lill-professjonisti tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, flimkien ma' l-opportunità li jisimgħu dwar l-eżitu tal-kampanja minn għand dawk li organizzawha. L-MSDs jaffettwaw miljuni ta' ħaddiema fl-Ewropa, partikolarment il-ħaddiema ta' l-id, l-infermieri, is-segretarji u l-operaturi tal-makni. Xi kwart tal-ħaddiema Ewropej ibagħtu bl-uġigħ tad-dahar jew uġigħ muskolari.

Biex nindirizzaw dawn id-diżordnijiet jeħtieġilna napplikaw strateġija b'żewġ għanijiet – mhux biss li nipprevjenu l-MSDs, imma wkoll ngħinu lil dawk li diġà jbatu bihom ħalli jibqgħu jaħdmu.

Il-kampanja ħeġġet metodoloġija ta' tmexxija integrata li tinvolvi:

  • li l-impjegaturi, l-impjegati u l-gvern jaħdmu id f'id;
  • li tiġi indirizzata t-tagħbija kollha fuq il-ġisem li twassal għall-MSDs;
  • li jiġu amministrati ż-żamma, ir-rijabilitazzjoni u r-ritorn fuq il-post tax-xogħol ta' dawk li jbatu jew kienu jbatu mill-MSDs.

L-Aġenzija Ewropea tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol ippubblikat ukoll rapport imsejjaħ “Lura x-Xogħol” li jagħti titwila lejn kif l-MSDs jistgħu jiġu indirizzati fuq il-post tax-xogħol, filwaqt li jippreżenta ħarsa ġenerali lejn l-inizjattivi politiċi Ewropej u internazzjonali.

Agħti ħarsa lejn il-programm ta' l-avvenimenti u rreġistra

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli