Mogħdija tan-navigazzjoni

Pensjonijiet adegwati għal kulħadd - 22/01/2008

Żewġ nisa anzjani bilqiegħda fuq bank

F'ċerti pajjiżi ta' l-UE, jekk tbiddel ix-xogħol jew tmur taħdem barra, tirriskja li titlef il-benefiċċji tal-pensjoni.

Ċerti skemi supplimentari tal-pensjoni jimponu li ħaddiema għandhom iħallsu l-kontribuzzjonijiet għal aktar minn sentejn qabel ma jkunu intitolati li jirċievu l-benefiċċji tal-pensjoni. Bosta ħaddiema Ewropej jinsabu żvantaġġati fir-rigward ta' l-iskemi li jeħtieġu perijodi twal ta' kontribuzzjoni. Fil-fatt, aktar minn 40% tal-ħaddiema Ewropej jibqgħu inqas minn ħames snin fl-istess post tax-xogħol. Dan huwa r-riżultat ta' żewġ studji DeutschEnglishfrançais indipendenti ppubblikati t-22 ta' Jannar mill-Kummissjoni Ewropea.

It-telf tad-drittijiet tal-pensjoni huwa tassew ostaklu reali għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-ħaddiema DeutschEnglishfrançais . Għalhekk, il-Kummissjoni tixtieq ittejjeb it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni DeutschEnglishfrançais tal-ħaddiema mobbli permezz ta' proposta leġiżlattiva, li l-Presidenza Slovena għandha l-intenzjoni tadotta matul il-mandat tagħha.

Fid-diċennjili ġejjin, l-Ewropa se jkollha tħabbat wiċċha ma' sfidi prinċipali imposti mill-popolazzjoni li kull ma jmur qed tixjieħ u s-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistemi tal-pensjoni. Għaldaqstant, l-Unjoni Ewropea tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jirriformaw l-iskemi tal-pensjoni rispettivi tagħhom fid-dawl ta' tliet għanijiet prinċipali:

  • ikunu garantiti pensjonijiet adegwati għal kulħadd, b'mod partikolari fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-faqar fost l-anzjani;
  • tkun assigurata l-vijabilità finanzjarja ta' l-iskemi tal-pensjoni DeutschEnglishfrançais ;
  • dawn ikunu adottati skond it-tibdil demografiku.

Ikseb aktar tagħrif dwar l-azzjoni Ewropea dwar il-pensjonijiet DeutschEnglishfrançais .

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli