Mogħdija tan-navigazzjoni

It-tbassir ekonomiku tal-UE – javvanza l-irkupru - 25/02/2014

Ċart b'muniti tal-ewro ©iStock

L-ekonomija tal-Ewropa tkompli tirkupra fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE, għalkemm b'rata u b'qawwa differenti. Madankollu, il-wirt tad-dejn u l-konsolidazzjoni fiskali mill-kriżi finanzjarja jfissru li l-irkupru se jibqa fraġli.

L-indikaturi ewlenin kollha jippontaw lejn irkupru li se jkompli

Mill-aħħar tbassir tal-UE fil-ħarifa 'l hawn, tjiebet id-dehra ġenerali kemm għall-blokk kif ukoll għaż-żona tal-ewro. Il-PDG tal-UE b'mod totali, tela' għal 0.1% fl-2013, hu attwalment imbassar li se jikber 1.5% din is-sena u 2% fl-2015. It-tbassir tal-iżvilupp ekonomiku għaż-żona tal-ewro hu kemm kemm anqas b'1.2% u b'1.8% għas-sena li jmiss.

L-irkupru Ewropew hu mistenni li jsir fuq bażi wiesgħa fil-blokk kollu din is-sena u li jibda jissaħħaħ fil-pajjiżi vulnerabbli mal-periferija taż-żona tal-ewro. Għalkemm se jippersistu differenzi fl-iżvilupp ekonomiku, se tiċkien il-lakuna bejn il-pajjiżi bl-aqwa prestazzjoni u dawk li għadhom jiffaċċjaw id-diffikultajiet. Fl-2014, Ċipru u s-Slovenja biss għad għandhom tbassir li jirreġistra rati ta' żvilupp tal-PDG annwali negattivi; sal-2015 l-ekonomiji kollha tal-UE mistennijin li jikbru mill-ġdid.

Olli Rehn, il-Viċi President tal-Kummissjoni għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Ewro, qal: "L-irkupru qed javvanza fl-Ewropa, wara r-ritorn tal-iżvilupp ekonomiku fin-nofs tas-sena li għaddiet. Is-saħħa tad-domanda domestika din is-sena għandha tgħinna biex inwettqu żvilupp ekonomiku aktar bilanċjat u sostenibbli. Il-bilanċ mill-ġdid tal-ekonomija Ewropea qed javvanza u qed tittejjeb il-kompetittività esterna, b'mod partikulari fil-pajjiżi l-aktar vulenrabbli. L-agħar tal-kriżi għandu mnejn issa jinsab warajna, iżda din mhix stedina biex inkunu sodisfatti, billi l-irkupru għadu modest. Biex l-irkupru nagħmluh aktar qawwi u biex noħolqu aktar impjiegi, jeħtiġilna li nkomplu fit-triq tar-riforma ekonomika."

Il-qgħad

Il-kundizzjonijiet fis-suq tax-xogħol se jaraw biss titjib żgħir fl-2014 u fl-2015. Dan hu minħabba l-intervall tipiku tas-swieq tax-xogħol biex iwieġbu għall-qabża ekonomika, u l-irkupru timidu inġenerali tal-attività ekonomika fl-UE.

Ir-rata tal-qgħad fiż-Żona tal-ewro se tistabbilizza ruħha din is-sena. Fl-2015, madankollu, qed jitbassar tnaqqis ħafif fil-qgħad, għal madwar 10.4% fl-UE u 11.7% fiż-żona tal-ewro. Differenzi sinifikanti se jippersistu fost il-pajjiżi tal-UE matul il-perjodu mbassar; il-qgħad hu maħsub li se jkun ta' 4.8% fl-Awstrija u ta' 26% fil-Greċja din is-sena.

L-inflazzjoni

Ir-rata tal-inflazzjoni naqset b'mod sinifikanti fl-2013 bis-saħħa tat-tnaqqis fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-prodotti, tad-domanda dgħajfa u l-apprezzament kontinwu tal-ewro. L-inflazzjoni tal-prezzijiet għall-konsumaturi kkontrollata mistennija li tkompli fin-niżla tagħha din is-sena. Fl-UE u fiż-żona tal-ewro se tkun rispettivament ta' 1.2% u 1.0%.

Il-finanzi pubbliċi

Mill-2011 'l hawn, it-tnaqqis fl-infiq pubbliku kien sostanzjali fl-UE; iżda l-agħar ta' dan jista' jkun li għadda fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi - ebda tnaqqis sinifikanti ġdid fil-baġits pubbliċi mhu ppjanat għall-bqija tal-perjodu mbassar.

Fl-2014, id-defiċits baġitarji mistennijin li jkunu rispettivament ta' 2.70% u ta' 2.6% tal-PDG fl-UE u fiż-żona tal-ewro. Il-proporzjon tad-dejn u l-PDG tal-UE qed jitbassar li se jilħaq il-quċċata tiegħu fl-2014 b'90% u b'96% fiż-żona tal-ewro.

Stqarrija għall-istampa: tbassir ekonomiku għax-xitwa

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli