Mogħdija tan-navigazzjoni

It-twaqqif tal-frodi transkonfinali tal-VAT - 13/02/2014

“Il-frodi u t-taxxi” miktuba bil-kaxxi u karti tal-ewro differenti fl-isfond © EU

Bħala parti mill-ġlieda li qed tintensifika kontra l-frodi fiskali, l-UE qed tippjana li ssaħħaħ il-kooperazzjoni mal-pajjiżi ġirien dwar il-VAT.

Il-VAT, li hija impustata bħala taxxa fuq il-bejgħ fuq l-oġġetti u s-servizzi, hija waħda mis-sorsi prinċipali ta’ dħul mit-taxxa għall-gvernijiet, u tiġbor aktar minn EUR 700bn fil-pajjiżi tal-UE kull sena.

Iżda kważi wieħed minn kull ħamsa tad-dħul potenzjali tal-VAT kull sena fl-UE kollha ma jinġabarx u huwa kkalkulat li, fl-2011, madwar EUR 193bn ta' dħul ta' VAT (li jammontaw għal 1.5 % tal-PDG) ma tħallsux, tal-inqas parzjalment minħabba l-frodi u l-evażjoni tal-VAT.

Niffukaw fuq is-servizzi elettroniċi

Il-frodi tal-VAT li tinvolvi operaturi mhux tal-UE fis-setturi dejjem jikbru tat-telekomunikazzjonijiet u l-kummerċ elettroniku hi stmata bħala partikolarment għolja, peress li l-frodaturi ħafna drabi jużaw id-differenzi minn pajjiż għal ieħor u l-lakuni fl-informazzjoni bejn il-pajjiżi għall-benefiċċju tagħhom.

Is-servizzi mogħtija b'mod elettroniku, bħall-mużika u l-vidjows iddawnlowdjati mill-internet, ħafna drabi huma pprovduti permezz ta’ servers u kumpaniji li joperaw barra l-UE.

Meta mqabbla ma’ tranżazzjonijiet aktar tradizzjonali, ħafna drabi huwa aktar diffiċli li jiġu identifikati l-fornituri, il-klijenti u l-post tal-provvista b'dawn it-tipi ta’ xiri. Minħabba f'hekk, huwa aktar diffiċli biex jinstab jekk il-VAT tħallsitx jew le.

Inrażżnu l-ħsara ekonomika tal-evażjoni tat-taxxa

Permezz ta’ ħidma aktar mill-qrib ma’ msieħba internazzjonali, l-UE tispera li jiġu żviluppati aktar għodod effettivi fil-ġlieda kontra frodi bħal din u b'hekk tgħin lill-pajjiżi jirkupraw it-taxxi dovuti lilhom u jipproteġu l-finanzi pubbliċi.

Biex tiġi megħluba l-problema, il-Kummissjoni tipproponi li tiftaħ negozjati formali mar-Russja u n-Norveġja dwar it-titjib tal-kooperazzjoni amministrattiva dwar il-VAT. Saru wkoll taħditiet esploratorji mal-Kanada, it-Turkija u ċ-Ċina.

Il-miżuri diskussi jinkludu l-inkoraġġiment biex l-awtoritajiet fiskali nazzjonali jaqsmu aktar dejta ma’ xulxin dwar l-attivitajiet ta’ dawk li jħallsu t-taxxi, inkluż l-aċċess għall-bażijiet tad-dejta tagħhom. Din il-kooperazzjoni diġà sseħħ bejn il-pajjiżi tal-UE, iżda, s'issa, għadha mhux qed isseħħ mal-akbar imsieħba kummerċjali tal-UE.

F’ekonomija dejjem aktar globalizzata, il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni, bħal dawk proposti mar-Russja u n-Norveġja, għandhom itejbu l-identifikazzjoni u l-indirizzar tal-frodi tal-VAT u b’hekk irażżnu t-telf finanzjarju għall-fondi pubbliċi. Dan it-telf fid-dħul joħloq piżijiet fiskali addizzjonali li jammontaw għal biljuni ta’ ewro kull sena għall-persuni onesti li jħallsu t-taxxa.

Stqarrija għall-istampa — Il-ġlieda kontra l-frodi fiskali DeutschEnglishfrançaislietuvių kalba

FAQs — Nikkooperaw dwar il-frodi tal-VAT English

Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli