Mogħdija tan-navigazzjoni

Ir-riformi bankarji tal-UE għandhom l-għan li jrażżnu l-ispekulazzjoni u l-kummerċ riskjuż - 31/01/2014

Il-Kummissarju għas-Suq Intern u s-Servizzi, Michel Barnier, ©UE

L-UE pproponiet trażżin fil-libertà tal-akbar banek li jinvolvu ruħhom f’it-tip ta' kummerċ spekulattiv li kkontribwixxa għall-kriżi finanzjarja globali tal-2008.

Ir-riformi proposti għandhom l-għan li jipprojbixxu madwar 30 mill-akbar banek tal-UE milli jwettqu dak li hu magħruf bħala negozjar għan-nom proprju, fejn il-banek jużaw il-fondi tagħhom stess għal investimenti biex jagħtu spinta lill-profitti għal qligħ tagħhom stess.

Minkejja li din il-prattika tista’ tħalli ħafna profitt għall-banek, l-UE tgħid li tinvolvi ħafna riskji iżda l-ebda benefiċċji la għall-klijenti tal-banek u lanqas għall-ekonomija ġenerali.

Sistema bankarja aktar sikura

It-tisħiħ tal-istabbiltà finanzjarja tal-akbar banek tal-UE, dawk meqjusa bħala kbar wisq biex jitħallew ifallu, jiżgura li dawk li jħallsu t-taxxa ma jispiċċawx jagħmlu tajjeb għall-iżbalji tal-banek. Dan seħħ matul il-kriżi finanzjarja meta s-salvataġġ tal-banek ġie ffinanzjat minn fondi pubbliċi għal ammont ta' madwar 13% tal-prodott gross domestiku tal-UE.

L-UE trid ukoll tintroduċi miżuri li joħolqu delimitazzjonijiet fuq il-ħidmiet ta' bejgħ b'marġini baxxi (għalkemm fil-biċċa l-kbira sikuri) tal-banek, minn diviżjonijiet ta’ investiment li potenzjalment jippreżentaw riskji akbar. Dan jiżgura s-sikurezza tat-tfaddil tal-nies u jimpedixxi l-bżonn għal aktar salvataġġi tal-banek.

Skont il-pjan, is-superviżuri nazzjonali jingħataw is-setgħa li jittrasferixxu attivitajiet kummerċjali b'riskju għoli ta’ banek magħżula — bħall-ġenerazzjoni tas-suq, , it-titolarizzazzjoni tas-self b’ipoteka u investimenti f’derivattivi kumplessi — għal kumpaniji sussidjarji separati.

It-twaqqif tat-teħid ta’ riskju eċċessiv

Il-proposta titlob ukoll li jkun hemm skrutinju akbar ta’ kwalunkwe tentattivi għall-qlib ta' attivitajiet b'regolamenti ġodda lejn is-sistema “bankarja parallela” — li hu settur inqas regolat tal-industrija tas-servizzi finanzjarji.

Il-Kummissjoni tittama li r-riformi jkunu “l-aħħar skorfina” f’bidla regolatorja sħiħa tas-sistema bankarja Ewropea li tqanqlet minħabba l-kriżi finanzjarja. Miżuri preċedenti jinkludu l-ħolqien ta’ kapital akbar fuq xiex iserħu l-banek, limiti fuq il-bonus tal-bankiera u pjanijiet għal unjoni bankarja taż-żona tal-ewro.

Il-pjanijiet iridu jiġu approvati mill-Parlament Ewropew u l-pajjiżi individwali u x’aktarx jibdew fl-2017.

Stqarrija għall-istampa — riforma strutturali fis-settur bankarju tal-UE

Mistoqsijiet Frekwenti — riforma strutturali fis-settur bankarju tal-UE English

Mistoqsijiet Frekwenti — trasparenza u rappurtar mill-banek English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli