Mogħdija tan-navigazzjoni

Inwaqqfu l-evitar tat-taxxa korporattiva - 26/11/2013

Lapes u kalkulatur © UE

It-tibdil fir-regoli tal-UE dwar it-taxxa korporattiva jfittex li jżid id-dħul għall-baġits nazzjonali u joffri opportunitajiet indaqs billi jingħalqu l-lakuni użati minn xi kumpaniji biex jevitaw li jħallsu t-taxxa.

Ir-regoli l-ġodda pdf - 125 KB [125 KB] Deutsch (de) English (en) français (fr) għandhom l-għan li ma jħallux lin-negozji jisfruttaw id-differenzi nazzjonali fil-liġi tat-taxxa biex jevitaw li jħallsu s-sehem ġust tagħhom.

Id-direttiva tal-UE dwar il-kumpaniji prinċipali u s-sussidjarji Deutsch (de) English (en) français (fr) , li ġejja mis-snin 90, kienet imfassla biex telimina r-riskju ta' tassazzjoni doppja għall-kumpaniji li joperaw f'pajjiżi differenti tal-EU. Madankollu, xi wħud użaw lakuni fis-sistema biex jevitaw li jħallsu t-taxxa fuq il-pagamenti transkonfinali tagħhom.

Tispiċċa n-"nontassazzjoni doppja"

Il-kumpaniji qed jużaw arranġamenti ta' self ibridu speċifikament biex jisfruttaw ir-regoli attwali. Dan is-self hu ttrattat jew bħala pagamenti tad-dejn li jitnaqqsu mit-taxxa jew bħala dividendi eżenti mit-taxxa, skont il-pajjiż.

Dan jista' jirriżulata fi tnaqqis mit-taxxa f'pajjiż wieħed, għas-sussidjarja, u f'eżenzjoni għall-kumpanija prinċipali f'pajjiż ieħor. Dan effettivament ifisser li l-kumpanija tħallas ftit jew xejn taxxa fuq il-profitti li jsiru mis-sussidjarji f'ċerti pajjiżi.

Ir-regoli l-ġodda se jobbligaw lill-kumpaniji jħallsu t-taxxa dovuta fuq pagamenti deħlin jekk dawn ikunu tnaqqsu xi mkien ieħor bħala pagament lura tad-dejn. Dan għandu jwaqqaf lill-kumpaniji transkonfinali milli jippjanaw it-trasferimenti interni tagħhom speċifikament biex jibbenifikaw minn din il-lakuna tan-"nontassazzjoni doppja".

Din hija kwistjoni fejn ir-reazzjoni mifruxa mal-UE hija xierqa b'mod partikolari - jekk tiġi ttrattata fuq bażi individwali l-gvernijiet tal-Istati Membri jkunu qed jirriskjaw li jitilfu mid-dħul tat-taxxa. Dan ifisser ukoll li n-negozji mhux se jibqgħu ikunu jistgħu jittrasferixxu jew jistabbilixxu sussidjarja f'pajjiż ieħor tal-UE purament biex jisfruttaw id-differenzi fir-regoli nazzjonali.

Niġġieldu l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa

L-evitar tat-taxxa korporattiva jinsab f'post għoli mhux biss fuq l-aġenda tal-UE iżda wkoll fuq dik internazzjonali. Dan kien diskuss f'laqgħat riċenti tal-G8 u l-G20 fejn il-mexxejja approvaw il-pjan ta' azzjoni dwar il-frodi u l-evażjoni tat-taxxa pdf - 105 KB [105 KB] български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) tal-UE.

Il-pjan, li ġie ppreżentat f'Diċembru 2012, jiddeskrivi sett komprensiv ta' miżuri ta' għajnuna għall-gvernijiet tal-UE biex jiġbru lura l-biljuni ta' ewro li tilfu minħabba l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa.

Minbarra li qed taħdem biex tgħalaq il-lakuni tat-taxxa, il-Kummissjoni qed taħdem ukoll fuq pakkett li jinkudi kodiċi tal-kontribwenti, numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa tal-UE, linji gwida għat-traċċar tal-flussi tal-flus u miżuri biex jitrażżnu r-rifuġji fiskali.

Il-passi li jmiss

Il-gvernijiet tal-UE huma mistennija jimplimentaw ir-regoli emendati u jadottaw liġi kontra l-abbuż mal-UE kollha bħala salvagwardja kontra l-prattiki abużivi tat-taxxa, sal-31 ta' Diċembru 2014.

Stqarrija għall-istampa - Nittrattaw l-evitar tat-taxxa korporattiva DeutschEnglishfrançaislietuvių kalba

Azzjoni mill-UE dwar il-frodi u l-evażjoni tat-taxxa Deutsch (de) English (en) français (fr)

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli