Mogħdija tan-navigazzjoni

Is-Semestru Ewropew 2014: it-tisħiħ tal-irkupru - 13/11/2013

Persuna żżomm binokli li fihom muniti ta' ewro © EU

Pakkett ta’ rakkomandazzjonijiet ekonomiċi u baġitarji jissettja l-prijoritajiet għall-2014, inklużi l-indirizzar tal-qgħad u r-restawr tas-self bankarju lill-ekonomija.

L-akbar sfida li qed tiffaċċja l-ekonomija tal-Ewropa bħalissa hi kif għandu jiġi sostnut l-irkupru li jinsab għaddej. Dan hu l-messaġġ prinċipali ta’ din is-sena tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir Ekonomiku English (en) (AGS), adottat illum mill-Kummissjoni. L-adozzjoni tiegħu tniedi r-raba’ Semestru Ewropew ta’ koordinazzjoni tal-politika ekonomika f’ambjent fejn it-tkabbir ekonomiku qed jibda jirritorna u l-Istati Membri qegħdin jagħmlu progress fuq kif jiġu kkoreġuti l-iżbilanċi li żviluppaw qabel il-kriżi.

Din hi r-raġuni għaliex il-Kummissjoni ssostni l-istrateġija bbilanċjata tagħha għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u l-enfasi tagħha fuq ħames prijoritajiet ewlenin matul is-sena li ġejja:

  • It-tkomplija tal-konsolidament fiskali differenzjat u favorevoli għat-tkabbir ekonomiku
  • Il-bidu mill-ġdid tas-self bankarju lill-ekonomija
  • Il-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività għal-lum u għal għada
  • L-indirizzar tal-qgħad u l-konsegwenzi soċjali tal-kriżi
  • L-immodernizzar tal-amministrazzjoni pubblika

Il-President Barroso qal: "Dan hu punt importanti għall-ekonomija tal-UE. Ix-xogħol iebes tal-UE qed jibda jħalli l-effett tiegħu u t-tkabbir ekonomiku reġa' ġej lura. L-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir Ekonomiku jindika fejn jeħtiġilna li nkunu aktar kuraġġużi biex nittrattaw ir-riformi li huma meħtiġin sabiex nibnu rkupru permanenti u b'ħafna impjiegi."

L-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir Ekonomiku juri kif l-Istati Membri qed jadattaw ruħhom għall-proċess ta’ koordinazzjoni tal-politika ekonomika reċentement imsaħħa bis-Semestru Europew, u qed jaħdmu aħjar flimkien skont regoli komuni.

Dikjarazzjoni għall-istampa - Is-Semestru Ewropew 2014: it-tisħiħ tal-irkupru

Is-Semestru Ewropew 2014 (infografika) pdf - 7 MB [7 MB] Deutsch (de) English (en) français (fr)

It-tbassir ekonomiku tal-UE: Irkupru gradwali, riskji esterni

Stqarrija għall-istampa dwar il-pakkett ta' sorveljanza baġitarja DeutschEnglishfrançais

Skeda informattiva dwar l-analiżi tal-Kummissjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji għaż-Żona tal-Euro DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli