Mogħdija tan-navigazzjoni

It-tbassir ekonomiku tal-UE: Irkupru gradwali, riskji esterni - 05/11/2013

Idejn iżommu binokkji fuq mejda b'bar graf © istock/RBFried

L-ekonomija Ewropea bdiet tikber mill-ġdid fit-tieni kwart ta' din is-sena. Matul ix-xhur li għaddew, kien hemm sinjali inkuraġġanti li l-irkupru ekonomiku kellu jkompli.

It-tkabbir ekonomiku fit-tieni nofs tal-2013 hu maħsub li se jkun ta' 0.5% mqabbel mal-istess perjodu fl-2012 fl-UE. Fuq bażi annwali, il-PDG mistenni li jibqa' kif inhu fl-UE u li jiċkien b'0.4% fiż-żona tal-euro fl-2013. Iżda meta wieħed iħares 'il quddiem, it-tkabbir ekonomiku hu maħsub li jaqbad gradwalment il-pass, biex jilħaq 1.4% fl-UE u 1.1% fiż-żona tal-euro fl-2014 (1.9% u 1.7% fl-2015)

Madankollu, iċ-ċifri aggregati jaħbu differenzi sostanzjali bejn il-pajjiżi membri tal-UE.

Id-domanda domestika hi ssettjata biex gradwalment issir il-mutur ewlieni tat-tkabbir ekonomiku fl-Ewropa. Dan ukoll fl-isfond ta' prospettiv dgħajjef għall-ekonomiji tas-suq emerġenti.

Olli Rehn, il-Viċi President tal-Kummissjoni għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Euro: "Hawn sinjali li aktar ma jgħaddi żmien aktar qed jiżdiedu li juru li l-ekonomija Ewropea waslet f'punt kruċjali. Il-konsolidazzjoni fiskali u r-riformi strutturali meħudin fl-Ewropa ħolqu l-bażi għall-irkupru. Iżda għadu kmieni wisq biex niddikjaraw rebħa: il-qgħad għadu f'livelli għoljin inaċċettabbli. Dan hu għaliex jeħtiġilna nkomplu naħdmu biex nimmodernizzaw l-ekonomija Ewropea, għat-tkabbir ekonomiku sostenibbli u għall-ħolqien tal-impjiegi."

Il-qgħad

Billi l-iżviluppi fis-suq tax-xogħol b'mod tipiku jinsabu wara t-tkabbir tal-PDG b'nofs sena jew aktar, l-irkupru tal-attività ekonomika maħsub li jwassal biss gradwalment għall-ħolqien tal-impjiegi. Din is-sena, il-qgħad baqa' għoli ħafna fi wħud mill-pajjiżi u l-impjiegi komplew jonqsu. Madankollu, ix-xhur reċenti raw il-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol jibdew jistabbilizzaw lilhom infushom.

Il-prospettiv hu li se jkun hemm tnaqqis modest fil-qgħad lejn 10.7% fl-UE u 11.8% fiż-żona tal-euro sal-2015. Iżda d-differenzi nazzjonali għadhom tassew wesgħin, bi proporzjonijiet tal-qgħad bejn madwar 5% sa 27% din is-sena.

L-inflazzjoni

L-inflazzjoni kkontrollata tal-prezzijiet għall-konsumatur hi mistennija li tirrenja matul il-perjodu mbassar. L-inflazzjoni taż-żona tal-euro hi mistennija li tkun 1.5% kemm fl-2013 kif ukoll fl-2014. Fl-UE l-prospettiv hu għal 1.7% u 1.6% respettivament.

Il-finanzi pubbliċi

It-tnaqqis fid-defiċits ġenerali tal-gvernijiet hu pprogrammat li jkompli. Fl-2013, id-defiċits fiskali huma maħsubin li se jinżlu b'3.5% tal-PDG fl-UE u bi 3.1% fiż-żona tal-euro. Skont it-tbassir għad-defiċits u t-tkabbir ekonomiku, il-proporzjon bejn id-dejn u l-PDG għadhom qed jiżdiedu u maħsubin li jilħqu l-quċċata fl-2014, b'madwar 90% fl-UE u kważi 96% fiż-żona tal-euro.

Stqarrija għall-istampa – Tbassir tal-ħarifa 2013: Irkupru gradwali, riskji esterni

Tbassir tal-ħarifa 2013 English (en)

Tbassir tar-rebbiegħa: lejn irkupru b'pass bil-mod

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli