Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-fatturi soċjali għandhom jiġu kkunsidrati fit-tfassil tal-politika ekonomika - 07/10/2013

László Andor, il-Kummissarju tal-UE għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Opportunitajiet Indaqs, f’konferenza stampa.

L-UE qed tinsisti biex il-fatturi soċjali jinfluwenzaw il-proċess tal-issettjar tal-baġit.

Il-pjan se joħloq “tabella ta' valutazzjoni” soċjali li tikkomplementa d-dejta ekonomika li tkun ġiet ikkunsidrata meta l-baġits nazzjonali jkunu ġew miftiehma mal-gvernijiet tal-UE.

It-tabella ta’ valutazzjoni se turi 5 indikaturi ewlenin:

  • il-qgħad
  • ir-rata ta’ żgħażagħ li la huma impjegati u lanqas ma qed jirċievu tagħlim/taħriġ
  • l-introjtu disponibbli għall-entitajiet domestiċi
  • l-inugwaljanza
  • indiċi ta’ riskju ta’ faqar.

Soċjali, mhux biss ekonomiċi

Skont il-pjan, żvelat il-ġimgħa l-oħra, it-trejdjunjins u l-organizzazzjonijiet ta’ min jipprovdi x-xogħol se jkunu involuti aktar mill-qrib fit-tfassil tal-politika ekonomika.

Il-proposta hija waħda minn għadd ta’ miżuri maħsuba biex tittejjeb il-governanza ekonomika wara l-kriżi finanzjarja.

Il-pjan se jwieġeb ukoll għal samit tal-UE reċenti fejn ġie miftiehem li jeħtieġ li l-unjoni ta' 28 nazzjon issib modi aħjar biex timmonitorja l-kundizzjnijiet ekonomiċi u soċjali.

Il-proposta mistennija tikkontibwixxi għal diskussjoni dwar id-dimensjoni soċjali tal-integrazzjoni ekonomika fl-Ewropa f’Samit tal-UE f’Ottubru.

Niġġieldu l-qgħad

Kważi kwart taż-żgħażagħ fiż-żona tal-ewro bħalissa huma bla xogħol, iżda hemm differenzi enormi bejn il-pajjiżi fir-rati tal-qgħad fost iż-żgħażagħ.

Ir-rata hija l-ogħla fil-Greċja b'62.9% u l-inqas fil-Ġermanja b'7.7 %. Biex tindirizza dan, l-UE trid tnaqqas l-ispejjeż u d-diffikultajiet li ċ-ċittadini jaffaċċjaw meta jmorru jaħdmu f’pajjiż ieħor.

It-tama hi li t-tabella ta' valutazzjoni se tippermetti li l-problemi soċjali potenzjali fil-pajjiżi tal-UE jiġu identifikati fi stadju bikri u b’hekk tippermetti li tittieħed azzjoni preventiva.

Jekk jintlaħaq ftehim mal-Parlament Ewropew u l-gvernijiet tal-UE, it-tabella ta' valutazzjoni soċjali se tinfluwenza t-teħid ta’ deċiżjonijiet ekonomiċi mis-sena d-dieħla.

Stqarrija għall-istampa — it-tabella ta' valutazzjoni soċjali

Mistoqsijiet frekwenti dwar it-tabella ta' valutazzjoni soċjali (FAQs) DeutschEnglishfrançais

L-istrateġija għat-tkabbir ekonomiku tal-Ewropa

Sejħa għal azzjoni biex tingħata għajnuna lil min hu bla xogħol

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli