Mogħdija tan-navigazzjoni

Jitnaqqsu r-riskji tal-ibbankjar parallel - 04/09/2013

Karti tal-flus tal-ewro © EU

L-UE tkompli bil-pjanijiet li jirregolaw is-sistema tal-ibbankjar parallel (shadow banking) li kellu sehem fl-ikkawżar tal-kriżi tal-kreditu.

Il-biċċa l-kbira tar-rekwiżiti regolatorji imposti fuq is-settur finanzjarju minħabba r-rallentament ekonomiku tal-2008 ġew iffokati fuq l-integrazzjoni tas-sistema bankjarja. Iżda s-settur bankjarju parallel — li jinkludi l-hedge funds, l-ekwità privata u t-titolizzazzjoni — jidħol f’attivitajiet simili għal banek imma xorta tradizzjonalment ġie sorveljat b’mod iktar ħafif u m'għandux aċċess għal appoġġ mill-bank ċentrali jew salvagwardji bħal ngħidu aħna l-assigurazzjoni ta’ depożitu u l-garanziji tad-dejn.

Filwaqt li s-settur bankarju parallel jgħin biex jipprovdi likwidità finanzjarja lis-settur bankarju, ħoloq ukoll instabbiltà fis-sistema finanzjarja globali f’dawn l-aħħar snin. Dan in-nuqqas ta' stabbilità kkontribwixxa għall-kollass ta’ Lehman Brothers fl-2008 u għen biex jiffriża s-swieq tal-kreditu globali matul il-kriżi finanzjarja.

Jiġu rimedjati l-kawżi tal-instabilità finanzjarja

Globalment, l-ammont totali ta’ assi bankarji paralleli żdied b’iktar mid-doppju għal iktar minn €50 triljun matul l-aħħar għaxar snin u issa jammonta għal kważi terz tas-sistema finanzjarja globali. Fl-Ewropa, is-sistema bankarja parallela tiswa iktar minn €23 triljun.

Id-daqs enormi tas-sistema bankarja parallela u r-rabtiet mill-qrib mas-settur finanzjarju regolat jagħmlu sors potenzjali ta’ riskju sistemiku għall-istati, il-gvernijiet u l-kontributuri tat-taxxa, peress li kwalunkwe dgħufija tista’ twassal għal mewġa kontaġjuża li taffettwa s-settur finanzjarju regolat.

Rekwiżiti kapitali

L-UE pproponiet sejħa għal riformi għal ċerti tipi ta’ fondi tas-suq tal-flus biex iżommu riżervi ta’ flus ekwivalenti għal 3% tal-assi tagħhom sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ din ix-xorta ta’ assalti bankarji fuq fondi li seħħew matul il-kriżi finanzjarja.

L-UE tipproponi wkoll l-iffissar ta’ livelli ta’ likwidità ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa għal fondi tas-suq tal-flus kif ukoll miżuri li jgħinu biex jantiċipaw it-tifdijiet elevati u jnaqqsu d-dipendenza eċċessiva fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu minn partijiet terzi.

L-UE qed taħdem id f’id mal-G20 biex jitnaqqsu r-riskji tal-ibbankjar parallel. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Bord għall-Istabilità Finanzjarja tal-G20 huma mistennija jiġu approvati mill-mexxejja tal-G20 f’San Pietruburgu fil-5 u s-6 ta’ Settembru 2013.

Iktar tagħrif dwar l-ibbankjar parallel Deutsch (de) English (en) français (fr)

Pjan ta' direzzjoni tal-Kummissjoni għall-ittrattar tar-riskji inerenti fis-sistema bankarja parallela

Komunikazzjoni dwar l-ibbankjar parallel: mistoqsijiet frekwenti English (en)

Proposti regoli ġodda għal Fondi tas-Suq tal-Flus — Mistoqsijiet Frekwenti English (en)

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli