Mogħdija tan-navigazzjoni

L-UE tistenna li jkun hemm qbil biex l-ekonomija timxi 'l quddiem - 26/06/2013

Il-mexxejja tal-UE waqt il-laqgħa li kellhom f'Mejju © EU

Il-qgħad fost iż-żgħażagħ, il-kumpaniji ż-żgħar u ż-żieda tas-self se jkunu kollha fuq l-aġenda meta l-mexxejja politiċi tal-UE jiltaqgħu fis-27 u fit-28 ta’ Ġunju.

Qabel il-laqgħa, il-Kummissjoni għamlet rakkomandazzjonijiet f’kull wieħed minn dawn l-oqsma, u l-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso kiteb lill-Kapijiet kollha tal-Istat u tal-Gvern biex jappellalhom ħalli jaqblu bejniethom.

Qgħad

Kważi 6 miljun Ewropew taħt il-25 sena jinsabu bħalissa bla xogħol. Fi wħud mill-pajjiżi, aktar minn nofs iż-żgħażagħ li jridu jaħdmu huma qiegħda.

L-appell għal azzjoni dwar il-qgħad fost iż-żgħażagħ DeutschEnglishfrançais tal-Kummissjoni jistabbilixxi ideat ġodda dwar kif iż-żgħażagħ jistgħu jiġu involuti fix-xogħol, u jħeġġeġ lill-gvernijiet biex jistabbilixxu minnufih skemi diġà miftehmin – bħall-Garanzija għaż-Żgħażagħ DeutschEnglishfrançais .

Dan għandu jiżgura li ż-żgħażagħ kollha jiġu offruti impjieg tajjeb, apprendistat, taħriġ jew edukazzjoni kontinwa fi żmien erba’ xhur minn meta jitilqu mill-iskola jew li jsibu ruħhom bla xogħol.

Il-Kummissjoni tixtieq li s-€6 biljun allokati għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ ikunu disponibbli fl-2014 u l-2015, aktar milli mifruxin fuq il-perjodu ta’ finanzjament li jmiss ta’ seba’ snin tal-UE kif kien ippjanat oriġinarjament.

Żieda tas-self

Billi hawn nuqqas ta’ flus, anqas banek huma lesti jsellfu flus, partikularment għal negozji żgħar. Iżda l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) se jżid is-self tiegħu għal €60 biljun kull sena sal-2015, u r-rapport dwar iż-żieda tas-self lill-ekonomija jispjega DeutschEnglishfrançaisportuguês kif dan is-self se jkun indirizzat lejn in-negozji ż-żgħar u pajjiżi vulnerabbli, biex jiġu ġġenerati l-investiment u x-xogħol.

Ir-rapport jistabbilixxi wkoll tliet modi ġodda li fihom kumpaniji żgħar jistgħu jkollhom aċċess għall-fondi, li jinvolvu l-garanziji, it-titolizzazzjoni (proċess li jqassam riskju billi jiġu aggregati l-assi fi grupp) u t-tqassim tar-riskji.

Negozji żgħar

Ta’ spiss in-negozji ż-żgħar jiġu deskritti bħala s-sinsla tal-ekonomija. Iżda biex ifendu, dawn jeħtiġilhom aċċess għall-finanzi u ftit li xejn burokrazija.

Fl-2012, il-Kummissjoni talbet lill-kumpaniji żgħar biex jidentifikaw il-liġijiet tal-UE li huma jsibu l-aktar diffiċli. Bosta mill-“ewwel 10” fil-lista ta’ liġijiet ta’ piż DeutschEnglishfrançais diġà ttejbu – il-kumpaniji żgħar issa għandhom aċċess aħjar għall-akkwist pubbliku, u r-rekwiżiti għas-sikurezza tal-prodotti ġew issimplifikati.

Pjan ta’ investiment għall-Ewropa

Fl-2012, il-pajjiżi tal-UE qablu dwar għadd ta’ azzjonijiet biex tingħata spinta lill-ekonomija, magħrufin bħala l-patt għat-tkabbir u l-impjiegi. Il-Kummissjoni temmen li l-pajjiżi xorta waħda jistgħu jagħmlu aktar biex jgħinu lilhom infushom, u telenka oqsma fejn hi meħtieġa aktar kooperazzjoni fir-rapport Il-patt għat-tkabbir u l-impjiegi: sena wara DeutschEnglishfrançais .

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli