Mogħdija tan-navigazzjoni

Enfasi fuq l-istabbiltà, it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi - 29/05/2013

Il-bnadar ta’ 27 pajjiż membru tal-UE © EU

Pakkett ta’ rakkomandazzjonijiet għal 23 pajjiż tal-UE, kif ukoll iż-żona tal-ewro, li joffri gwida dwar il-politiki baġitarji u ekonomiċi għall-2013-14

Ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi tal-Kummissjoni huma derivati minn analiżi ekonomika rigoruża ta’ kull pajjiż membru tal-UE, ibbażata fuq pjanijiet ta’ riforma baġitarja u ekonomika mressqa minn kull gvern f’April.

Ir-rakkomandazzjonijiet – li ma japplikawx għall-pajjiżi li attwalment jinsabu taħt il-programm ta’ aġġustament makroekonomiku, jiġifieri l-Greċja, l-Irlanda, il-Portugall u Ċipru – jikkunsidraw is-sitwazzjoni ekonomika ta’ kull pajjiż u jipprovdu parir speċifiku għat-tisħiħ tal-kompetittività, it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi.

Ir-rakkomandazzjonijiet huma parti mill-istrateġija tal-Kummissjoni biex tgħin lill-Ewropa tegħleb il-kriżi, tnaqqas il-qgħad u twettaq tkabbir ekonomiku sostenibbli.

Minn valutazzjoni ġenerali pdf - 351 KB [351 KB] Deutsch (de) English (en) français (fr) tal-progress s’issa ħareġ li ħafna pajjiżi qed jagħmlu progress biex inaqqsu d-defiċits tal-baġit tagħhom u jimplimentaw miżuri biex iżidu l-kompetittività. Madankollu, xi wħud jeħtieġ li jaġixxu aktar malajr.

Il-pajjiżi tal-UE għandhom ukoll iħaffu l-miżuri biex jindirizzaw il-qgħad li qed jiżdied, b’enfasi fuq l-impjieg fost iż-żgħażagħ. Fl-istess ħin, il-gvernijiet għandhom jirriformaw il-programmi ta' edukazzjoni u taħriġ biex jiġi żgurat li dawk li qed ifittxu x-xogħol għandhom il-ħiliet it-tajbin għas-suq tax-xogħol tal-lum il-ġurnata.

Jista’ jsir aktar biex in-negozji jkunu mħeġġin biex jinvestu u joħolqu l-impjiegi. Investiment addizzjonali fir-riċerka, l-innovazzjoni u l-użu effiċjenti tar-riżorsi għandu jkun promoss ukoll.

Bħala parti mill-proċess, il-Kummissjoni ħarġet ukoll rakkomandazzjonijiet ġenerali għaż-żona tal-ewro pdf - 61 KB [61 KB] Deutsch (de) English (en) français (fr) u ħadet għadd ta’ deċiżjonijiet skont il-Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv .

Il-passi li jmiss

Ir-rakkomandazzjonijiet jagħmlu parti mis-“semestru Ewropew”, ċiklu annwali ta’ koordinazzjoni tal-politika ekonomika, li matulu l-gvernijiet tal-UE jikkonsultaw ma’ xulxin dwar il-baġits u l-politiki ekonomiċi tagħhom, ibbażati fuq il-prijoritajiet ġenerali proposti mill-Kummissjoni.

Il-mexxejja tal-UE se jiddiskutu r-rakkomandazzjonijiet fil-laqgħa tagħhom fis-27-28 ta’ Ġunju. Ladarba jiġu approvati f’Lulju, kull pajjiż se jaħdem biex jinkorporahom fil-baġits nazzjonali u l-pjanijiet ta’ riforma ekonomika għall-2013-14.

Il-Kummissjoni u l-gvernijiet tal-UE mbagħad jaraw kif kull pajjiż jimplimenta dawn il-miżuri.

Aktar tagħrif dwar is-semestru Ewropew

Stħarriġ dwar it-tkabbir ekonomiku 2013 pdf - 109 KB [109 KB] български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv)

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli