Mogħdija tan-navigazzjoni

Parti minn bini bil-kelma "bank" fuq il-bieb © istock/ilbusca

Miżuri ġodda għandhom jagħtu l-Ewropej kollha dritt legali għal kont bankarju bażiku kullimkien fl-UE — u jippermettu bidla aktar faċli bejn fornitur u ieħor.

Issa li l-pagamenti elettroniċi kulma jmur qed jissostitwixxu l-flus kontanti, kulħadd jeħtieġ kont bankarju.

Madankollu, madwar 25 miljun Ewropew English li jixtiequ li jkollhom kont bħalissa m’għandhomx wieħed. Madwar 2.5 miljun li applikaw għal kont ġew miċħuda għal raġunijiet varji – inkluż għax huma fqar wisq.

Dawk mingħajr kont isibuha diffiċli jew impossibbli li jirċievu paga jew pagamenti ta’ sostenn soċjali, li jittrasferixxu l-flus jew li jixtru oġġetti bil-karti tad-debitu jew kreditu.

Il-Kummissjoni ppruvat tgħin, pereżempju billi tħeġġeġ lill-banek biex volontarjament inaqqsu r-rekwiżiti. Madankollu, wara sentejn minn dakinhar ma tantx kien hemm tibdil.

Issa huma meħtieġa miżuri vinkolanti sabiex jiġi żgurat li kull min irid kont jista’ jiftaħ wieħed. Il-proposti DeutschEnglishfrançais tal-Kummissjoni għandhom:

  • jippermettu lill-Ewropej kollha, tkun xi tkun is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom, li jiftħu kont bażiku ta’ ħlas fejn iridu fl-UE – huma jkunu jistgħu jwettqu operazzjonijiet bankarji essenzjali
  • jagħmluha eħfef għall-konsumaturi biex iqabblu tariffi għal kontijiet tal-pagamenti – ikollhom informazzjoni ċara dwar l-imposti kollha mill-fornituri tagħhom, u kull pajjiż ikollu sit web indipendenti li jqabbel it-tariffi
  • jistabbilixxu mod sempliċi u rapidu biex id-detenturi tal-kontijiet ikunu jistgħu jbiddlu għal bank jew fornitur ieħor kullimkien fl-UE.

Il-miżuri għandhom jgħinu lin-nies jagħżlu l-kont bankarju l-aktar adattat għall-ħtiġijiet tagħhom fi kwalunkwe pajjiż tal-UE. Jibbenefikaw ukoll minn suq aktar kompetittiv, possibbilment jitbaxxew it-tariffi.

Il-banek se jibbenefikaw ukoll minn tnaqqis ta' burokrazija u regoli aktar konsistenti madwar l-UE. Dawn se jgħinuhom jespandu l-operat tagħhom.

Il-pajjiżi tal-UE għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu regoli nazzjonali, bħal jekk kontijiet ta' pagamenti b'karatteristiċi bażiċi għandhomx jiġu offruti lill-konsumaturi mingħajr ħlas jew għal ammont raġonevoli. Mhux il-banek kollha jkollhom għalfejn jipprovdu kontijiet ta’ pagament bażiċi lil kulħadd – il-gvernijiet jistgħu jitolbu biss bank wieħed joffri tali kontijiet.

Il-passi li jmiss

Il-mexxejja tal-UE issa se jqisu l-proposti, flimkien mal-Parlament Ewropew. Dawn jistgħu jidħlu fis-seħħ fl-2014, jekk jiġu aċċettati.

Aktar informazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji fl-UE English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli