Mogħdija tan-navigazzjoni

L-ekonomija tal-UE: irkupru bil-mod mir-reċessjoni li ġibdet fit-tul - 03/05/2013

Par idejn u tromba fuq mejda bi grafika statistika © istock/RBFried

L-ekonomija hi proġettata terġa' tikber fit-tieni nofs tal-2013. Madankollu, il-PDG qed jitbassar li se jonqos b'0.1% fl-UE u b'0.4% fiż-żona tal-ewro.

Wara r-reċessjoni li kkaratterizzat l-2012, qed jitbassar li l-ekonomija tal-UE se tistabbilizza ruħha fl-ewwel sitt xhur tal-2013. Il-PDG hu mistenni li jibda jikber mill-ġdid fit-tieni nofs tas-sena, għall-ewwel bil-mod, iżda jżid fir-ritmu fl-2014.

Wara l-kriżi finanzjarja, id-domanda fl-UE għadha xorta waħda miżmuma lura minħabba diversi fatturi fosthom it-tnaqqis tad-dejn imdendel u n-nuqqas ta' kreditu. Għalhekk probabbilment l-esportazzjonijiet netti se jkunu l-mutur ewlieni tal-iżvilupp ekonomiku din is-sena. Il-konsum u l-investiment privati fl-UE jidhru li se jiżdiedu modestament is-sena d-dieħla. Dan it-tbassir qed jissoponi li t-tkomplija tal-isforzi tal-politiki mhumiex se jħallu tiħżin il-kriżi tad-dejn sovran.

PDG

Il-PDG annwali din is-sena bħalissa qed jitbassar li se jonqos b'0.1% fl-UE u b'0.4% fiż-żona tal-ewro. Għall-2014, l-attività ekonomika hi proġettata li se tespandi b'1.4% fl-UE u b'1.2% fiż-żona tal-ewro.

Qgħad

Minħabba r-rata baxxa ta' rkupru tal-attività ekonomika l-qgħad mhux se jonqos fiż-żmien immedjat. Il-qgħad qed jitbassar li se jilħaq għal madwar 11% fl-UE u 12% fiż-żona tal-ewro fl-2013 u li se jistabbilizza ruħu hemm fl-2014. Se jkomplu jidhru differenzi kbar bejn il-pajjiżi tal-UE.

Inflazzjoni

L-inflazzjoni kompliet tnaqqas billi l-impatt taż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija tal-passat ma għadux jinħass. Hi proġettata li se tkun 1.8% fl-UE u 1.6% fiż-żona tal-ewro fl-2013, u se tistabbilixxi ruħha għal 1.7% u 1.5% rispettivament fl-2014.

Finanzi pubbliċi

Id-defiċits fiskali kkalkulati li se jkomplu jinżlu fl-2013 - għal 3.4 tal-PDG fl-UE u għal 2.9% fiż-żona tal-ewro. Il-pass tal-konsolidazzjoni strutturali mistenni li jimxi aktar bil-mod din is-sena milli għamel fl-2012. Il-proporzjonijiet tad-djun u tal-PDG qed jitbassru li se jkunu ta' 89.8% fl-UE u 95.5% fiż-żona tal-ewro.

Aktar dwar it-tbassir ekonomiku English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli