Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-passi li jmiss għal unjoni ekonomika eqreb - 21/03/2013

Taħbila tal-moħħ bil-bandiera tal-UE b’biċċa maħruġa minn postha, bid-dawl jiddi mill-vojt minn taħt. © iStock/Eduard Härkönen

Il-proposti inizjali se jistabbilixxu qafas għal integrazzjoni eqreb fil-politiki ekonomiċi u monetarji tal-UE.

Mill-bidu tal-kriżi tal-ewro, l-UE daħħlet fis-seħħ miżuri li jallinjaw ir-rispons tagħha mal-isfidi ekonomiċi ewlenin, kif ukoll jappoġġaw l-isforzi biex jissaħħu t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi.

F’Ottubru 2012, il-mexxejja tal-UE ddeċidew li hemm bżonn rabtiet ekonomiċi aktar mill-qrib bejn il-pajjiżi tal-UE biex jibnu fuq dawn ir-riformi. Talbu għal proposti dwar il-ħolqien ta’ unjoni bankarja, unjoni fiskali, unjoni ekonomika u unjoni politika.

B’reazzjoni għal dan, il-Kummissjoni ppreżentat pjan iddettaljat DeutschEnglishfrançaisportuguês biex dawn jinħolqu. Il-miżuri inizjali English li qed tipproponi l-Kummissjoni huma konformi ma’ dan il-pjan.

Proposta minnhom tistabbilixxi għażliet dwar kif isiru diskussjonijiet fil-livell tal-UE English dwar unjoni ekonomika u monetarja eqreb. Id-diskussjonijiet għandhom jivvalutaw l-effetti li x'aktarx ikollhom ir-riformi fuq l-ekonomiji nazzjonali, u jippermettu l-pajjiżi biex jieħdu miżuri xierqa minn qabel.

Proposta oħra tkun teħtieġ lill-pajjiżi tal-UE jagħmlu riformi speċifiċi English permezz ta’ arranġament kuntrattwali bejniethom. Tippermetti wkoll għal appoġġ finanzjarju mill-UE biex tgħin lill-gvernijiet idaħħlu dawn ir-riformi. Dawn il-flus ikunu jistgħu jintużaw għal taħriġ fuq ix-xogħol, pereżempju.

Koordinazzjoni effettiva

Iż-żewġ proposti għandhom jistabbilixu l-proċess għall-passi meħtieġa għal "Unjoni aktar profonda". Kif deskritti fil-pjan, dawn għandhom jgħinu biex jiżguraw li reazzjonijiet għal problemi ekonomiċi mal-UE kollha jkunu koordinati u aktar effettivi.

Matul il-5 snin li ġejjin, il-pajjiżi tal-UE għandhom jikkoordinaw politiki dwar it-taxxa u dwar l-impjiegi tagħhom. Il-pajjiżi taż-żona tal-ewro li jinsabu taħt pressjoni għandu jkollhom aċċess għal baġit komuni, sostnut permezz ta’ fond ta' "tifdija" biex jgħinhom inaqqsu d-dejn pubbliku kbir għal livelli sostenibbli.

Wara 5 snin, l-UE tista’ tieħu l-passi li jmiss lejn unjoni bankarja, baġitarja u ekonomika sħiħa, segwita minn unjoni politika. Dawn l-aħħar passi jeħtieġu modifiki fit-trattati tal-UE u żieda fir-responsabbiltà demokratika.

Bħala parti mill-pjan, il-pajjiżi tal-UE jkollhom jimplimentaw ukoll riformi diġà miftiehma (jew li qed jitħejjew) dwar governanza ekonomika u baġitarja aħjar. Huma jeħtieġu wkoll li japprovaw baġit tal-UE għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020 DeutschEnglishfrançais — ladarba dan isir, għandhu jkun maħluq baġit separat biex jgħin lill-pajjiżi tal-UE jlestu riformi ekonomiċi.

Aktar dwar governanza ekonomika aktar magħquda English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli