Mogħdija tan-navigazzjoni

Tbassir ekonomiku 2012-14: Bil-mod il-mod, l-UE qed tegħleb l-ostakli - 22/02/2013

Idejn iżommu tromba fuq mejda bi grafika © istock/RBFried

It-triq lura lejn it-tkabbir hi aktar gradwali milli stennejna, skont l-aħħar previżjoni tal-Kummissjoni – minkejja titjib sostanzjali fil-kundizzjonijiet tas-suq finanzjarju tal-UE mis-Sajf 2012.

Wara diżappunt fl-aħħar sitt xhur tal-2012, huwa mbassar tkabbir ekonomiku kajman ta’ 0.1% għall-UE kollha kemm hi fl-2013. L-ekonomija fiż-żona tal-ewro mistennija tonqos b'0.3%.

It-titjib fis-sitwazzjoni tas-suq finanzjarju għadu ma ssarafx fi tkabbir aħjar, u l-prospetti għall-2013 jibqgħu mrażżna. Iżda, hekk kif ikomplu jitnaqqsu l-iżbilanċi ta' qabel il-kriżi, it-tkabbir għandu jibda jitjieb, biċ-ċifri mbassra għall-2014 1.6% fl-UE u 1.4% fiż-żona tal-ewro.

Il-qgħad

L-ekonomija dgħajfa din is-sena mistennija twassal għal rati tal-qgħad ta' 11.1% fl-UE u 12.2% fiż-żona tal-ewro.

L-inflazzjoni

L-inflazzjoni fl-UE għandha tonqos gradwalment matul l-2013 u tistabbilizza ruħha għal madwar 1.7% fl-UE u 1.5% fiż-żona tal-ewro s-sena d-dieħla.

Finanzi pubbliċi

Minħabba li bosta pajjiżi tal-UE qegħdin jimplimentaw miżuri ta' konsolidazzjoni fiskali, l-iżbilanċi tal-baġit huma mbassra jonqsu għal 3.4% fl-UE u 2.8% fiż-żona tal-ewro fl-2013.

It-tbassir ekonomiku ġdid għax-xitwa

Dawn il-previżjonijiet jidhru fl-ewwel tbassir ekonomiku tax-xitwa English tal-Kummissjoni għaż-żona tal-ewro u l-UE bħala entità sħiħa (ippubblikat fit-22 ta’ Frar). It-tbassir il-ġdid huwa parti mill-isforzi tal-UE biex tissorvelja l-ekonomiji nazzjonali u l-finanzi pubbliċi aktar mill-qrib, minħabba l-kriżi ekonomika u finanzjarja. Il-previżjoni tkopri t-tkabbir tal-PGD, l-inflazzjoni, l-impjiegi u l-finanzi pubbliċi għal 2012-14.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli