Mogħdija tan-navigazzjoni

It-tassazzjoni tat-tranżazzjonijiet finanzjarji – biex din taħdem - 14/02/2013

Id b'pinna tipponta lejn ċart tan-negozju fuq skrin LCD © iStock/archives

It-taxxa fuq il-kummerċ finanzjarju tiġi applikata mill-Awstrija, il-Belġju, l-Estonja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, il-Portugall, is-Slovakkja, is-Slovenja u Spanja.

Flimkien, dawn il-11 il-pajjiż tal-UE jridu jdaħħlu taxxa ġdida fuq tranżazzjonijiet finanzjarji. Fuq talba tagħhom, il-Kummissjoni se tistipula metodu komuni DeutschEnglishfrançais biex tinġabar it-taxxa.

It-taxxa għandha l-għan li tiżgura li l-industrija finanzjarja tagħti kontribut ġust lill-awtoritajiet pubbliċi. Is-settur attwalment iħallas inqas taxxi meta mqabbel ma' setturi oħra.

Ikun ukoll mezz li jġiegħel lill-banek u l-kumpaniji li joffru servizzi finanzjarji jħallsu s-sehem ġust tagħhom tal-ispiża tal-irkupru mill-kriżi. Dawn kienu kawża ewlenija tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku u rċevew appoġġ sostanzjali mill-gvernijiet biex jgħinhom ikampaw.

It-taxxa tkun tkopri t-tranżazzjonijiet finanzjarji kollha li jinvolvu partijiet li jinsabu f'wieħed jew iktar minn 11-il pajjiż. Ir-rata minima tkun 0.01% għad-derivattivi, u 0.1% għal kull tranżazzjoni oħra, inkluż ix-xiri ta’ ishma u bonds. Il-pajjiżi parteċipanti jistgħu japplikaw rata ogħla.

It-taxxa ma tkunx applikata għall-attivitajiet finanzjarji ta' kuljum tan-nies u n-negozji – bħalma huma x-xiri ta' assigurazzjoni, is-self għal xiri ta' proprjetà, ix-xiri bil-karti ta’ kreditu u s-self kummerċjali.

Id-dħul stmat mit-taxxa huwa ta' bejn €30 u €35 biljun fis-sena. Xi ammont minn dan jista' jmur fil-baġit tal-UE. Il-kontribuzzjoni ta’ kull pajjiż parteċipanti jonqos bl-istess ammont.

Il-bqija tad-dħul mit-taxxa jmorru għal baġits nazzjonali, biex jintuża bl-istess mod bħad-dħul minn taxxi oħra – biex jitnaqqas id-dejn jew isir investiment fl-iżvilupp u fl-impjieg, pereżempju.

Il-passi li jmiss

Mis-27 pajjiż tal-UE, 16 mhux se japplikaw it-taxxa immedjatament. Iżda jistgħu jingħaqdu mal-iskema aktar tard u, permezz tal-UE, taw il-kunsens English lill-11 biex jintroduċuha.

Issa se tibda diskussjoni dettaljata dwar kif għandhom japplikaw it-taxxa. Il-pajjiżi kollha tal-UE jistgħu jieħdu sehem f’taħditiet, iżda huma biss il-11 li se jkunu jistgħu jivvotaw, u jridu jaqblu unanimament qabel tista' tiġi implimentata. L-implimentazzjoni hija ppjanata għall-1 ta’ Jannar 2014. Il-Parlament Ewropew se jkun ikkonsultat ukoll.

Iktar dwar it-tassazzjoni fl-UE DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli