Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-presidenti u l-prim ministri tal-UE ressqu lill-pajjiżi taż-żona tal-ewro eqreb lejn unjoni bankarja meta ltaqgħu fil-laqgħa tradizzjonali tagħhom tal-aħħar tas-sena fi Brussell fit-13 ta' Diċembru.
Wara ftehim bejn il-ministri tal-finanzi fis-sigħat bikrin tat-13 ta' Diċembru, il-mexxejja approvaw l-unjoni bankarja iktar tard matul il-jum.
B'dan il-ftehim il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) se jkollu sorveljanza diretta fuq il-banek taż-żona tal-ewro, potenzjalment minn Jannar 2014. Il-mekkaniżmu uniku ta' superviżjoni hu maħsub għall-pajjiżi fiż-żona tal-ewro, iżda hu miftuħ ukoll għal pajjiżi oħra tal-UE.
Il-president tal-Kummissjoni José Manuel Barroso laqa' l-ftehim, u qal li dan juri li l-UE u ż-żona tal-ewro jafu xi jridu. 'Mhux se nittolleraw superviżjoni dgħajfa ta' kwalunkwe wieħed mis-6,000 bank taż-żona tal-ewro,' huwa qal.
Issa hu meħtieġ ftehim dwar ir-regoli tal-kapital tal-banek, u dwar l-istandardizzazzjoni tal-iskemi tal-pajjiżi individwali tal-UE għar-riżoluzzjoni bankarja u l-garanzija tad-depożiti . Il-kummissjoni se tressaq il-proposti tagħha dwar dan fl-2013.
Il-Kummissjoni Ewropea qiegħda wkoll tqiegħed il-pjan dettaljat tal-UE għal unjoni aktar mill-qrib ![]()
![]()
![]()
fuq l-aġenda. Il-pjan, li ġie mniedi f’Novembru, jagħti stampa sħiħa tal-integrazzjoni ekonomika, monetarja, baġitarja u politika. Koordinazzjoni aktar mill-qrib se tgħin biex tiżgura li t-tweġibiet għall-problemi ekonomiċi tal-UE kollha jkunu koordinati u għalhekk ikunu aktar effettivi.
Il-pjan iħeġġeġ l-UE biex tagħmel tliet affarijiet matul it-18-il xahar li ġejjin:
Meta indirizza l-kapijiet tal-istat u l-gvern fi Brussell, il-president tal-Kummissjoni José Manuel Barroso enfasizza l-ħtieġa għal azzjoni urġenti dwar dan il-pjan dettaljat tiegħu. Ħeġġeġ lill-pajjiżi tal-UE biex ikomplu bir-riformi tagħhom.
Il-President Barroso talab ukoll lill-mexxeja tal-UE biex jaqblu dwar triq lejn unjoni ekonomika u monetarja. Il-kummissjoni tixtieq tara dan bil-miktub fit-trattati bażiċi tal-UE, għalhekk il-pjan dettaljat jipproponi bidliet fit-Trattat. Kwalunkwe arranġament ġdid ikollu bżonn isib bilanċ bejn id-dixxiplina ekonomika u r-responsabbiltà b'solidarjetà.
Il-pjan jispjega li l-pajjiżi li se jiffirmaw favur unjoni ekonomika u monetarja għandhom jaġixxu aktar malajr u b'mod aktar deċiżiv mill-UE inġenerali, filwaqt li jżommu l-impenn tagħom lejn il-politiki li jaffettwaw is-27 pajjiż tal-UE.
Dawn wieġbu għal dan billi talbu aktar ideat u proposti konkreti sa Ġunju 2013.
Il-laqgħa fit-13 u l-14 ta' Diċembru indirizzat ukoll l-applikazzjonijiet għall-adeżjoni mal-UE, kwistjonijiet ta' politika barranija u tad-difiża. Il-kummissjoni bħalissa qed taħseb kif is-settur Ewropew tad-difiża jista' jsir iktar effiċjenti u kompetittiv.