Mogħdija tan-navigazzjoni

L-UE tagħfas fuq l-evażjoni tat-taxxa - 11/12/2012

Kalkulatur u nuċċali fuq rapport finanzjarju © iStockphoto

Kull sena fl-UE madwar €1 triljun jintilef minħabba l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa. Pjan ta' azzjoni ġdid iħeġġeġ il-gvernijijiet Ewropej biex jaħdmu flimkien sabiex jinfurzaw miżuri aktar stretti fuq kumpaniji u individwi li ma jħallsux is-sehem ġust tagħhom.

Il-pjan ta' azzjoni biex jiġu miġġildin il-frodi u l-evażjoni tat-taxxa jistabbilixxi miżuri għal żmien immedjat, medju u fit-tul biex tingħeleb il-problema u jingħataw lura l-flus dovuti.

L-UE tirrakkomanda li l-kampanja tibda b'azzjoni kontra r-refuġji tat-taxxi, kontra t-teknikalitajiet li wħud mill-kumpaniji qed jużaw biex jevitaw li jħallsu t-taxxa.

Il-pajjiżi tal-UE attwalment għandhom standards ta' verifiki differenti dwar x'jikkostitwixxi refuġju tat-taxxa u għalhekk regoli differenti biex jittrattawhom. Dan ifisser li kwalunkwe transazzjoni li tinvolvi refuġji tat-taxxa tista' tgħaddi mill-pajjiżi li għandhom l-aktar leġiżlazzjoni ħanina.

L-istess strateġija biex l-ewwel jinkixfu r-refuġji tat-taxxa – u mbagħad jittieħdu miżuri dwarhom – għandha twaqqaf dawk li jaħarbu t-taxxa milli jieħdu vantaġġ mid-differenzi bejn is-sistemi nazzjonali.

L-UE tirrakkomanda li l-pajjiżi jagħmlu lista tal-postijiet li qed jaġixxu bħala refuġji tat-taxxa. Dan għandu jibgħat sinjal qawwi, u jista' jiġi segwit b'bidla fi kulwunkwe ftehim dwar it-taxxa li attwalment jinsab fis-seħħ. Dan, imbagħad, għandu jiskoraġġixxi l-investituri.

Biex iwaqqfu l-kumpaniji milli jevitaw it-taxxa, l-ewwel li għandhom jagħmlu l-pajjiżi tal-UE hu li jsaħħu l-konvenzjonijiet eżistenti dwar it-taxxa doppja – li ma jħallux il-kumpaniji li joperaw f'aktar minn pajjiż wieħed milli jħallsu t-taxxa fit-tnejn li huma. Iżda l-lakuni jippermettu li xi wħud mill-kumpaniji jagħmlu użu ħażin tal-konvenzjonijiet u ma jħallsu ebda taxxa.

Kien hemm żieda f'din il-forma ta' evitar tat-taxxa – magħruf b'mod ewfemistiku bħala "ippjanar aggressiv tat-taxxa", u l-pjan ta' azzjoni jirrakkomanda modi biex jingħelbu t-teknikalitajiet legali li jagħmluh possibbli.

Ir-riskju għall-pajjiżi li qed ifittxu biex jegħlbu l-problema weħidhom, hu li l-kumpaniji sempliċement imorru band'oħra. Meħtieġ rispons mal-UE kollha ħalli jingħalqu l-lakuni u biex jiġi żgurat li ebda pajjiż ma jitlef finanzjarjament talli jindirizza din il-problema.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tissorvelja l-implimentazzjoni ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet u tagħmel pressjoni fuq il-pajjiżi li l-progress tagħhom mhux mgħaġġel biżżejjed.

Il-pjan issa se jintbagħat għall-approvazzjoni lill-Parlament Ewropew u l-ministri tal-finanzi tal-UE.

Sadattant, il-Kummissjoni se taħdem ukoll fuq proposti għal inizjattivi addizzjonali biex tiġi ffaċċjata l-evażjoni tat-taxxa, fosthom:

  • Kodiċi tal-kontributuri tat-taxxa
  • Numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa tal-UE
  • Reviżjoni tad-dispożizzjonijiet ta' kontra l-abbuż fil-liġi tal-UE
  • Linji gwida għall-ittraċċar tal-flussi tal-flus.

L-azzjoni tal-UE kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa Deutsch (de) English (en) français (fr)

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli