Mogħdija tan-navigazzjoni

Skema għal unjoni aktar magħquda - 29/11/2012

Taħbila tal-moħħ bi bnadar tal-UE b'biċċa maħruġa minn postha, bid-dawl jiddi minn taħt. © iStock/Eduard Härkönen

Pjan li jwitti t-triq lejn integrazzjoni sħiħa ekonomika, monetarja, baġitarja u politika.

Mindu bdiet il-kriżi tal-ewro, l-UE stabbiliet miżuri ekonomiċi u monetarji għal rabtiet eqreb bejn il-pajjiżi membri tagħha. Koordinazzjoni aktar mill-qrib tagħmilha eħfef għall-gvernijiet biex jallinjaw ir-reazzjonijiet tagħhom mal-isfidi ekonomiċi ewlenin tal-UE, u tappoġġa l-isforzi biex tingħata spinta fit-tkabbir u l-impjiegi.

Dawn l-isforzi jinkludu l-pakkett ta' 6 regolamenti tal-UE English (en) biex tittejjeb is-sorveljanza u l-kontroll tal-baġits tal-pajjiżi Membri u tad-dejn pubbliku. Miżuri oħra għandhom l-għan li jżidu s-sorveljanza tal-pajjiżi taż-żona tal-ewro bi żbilanċi pubbliċi eċċessivi fil-baġit.

F'Ottubru 2012, il-mexxejja tal-UE qablu li jibnu fuq din il-ħidma u sejħu għal proposti għall-ħolqien ta' unjoni bankarja, unjoni fiskali, unjoni ekonomika, u unjoni politika.

Il-Kummissjoni issa ħarġet bi pjan dettaljat bil-passi biex jintlaħqu dawn l-għanijiet. Matul it-18-il xahar li ġejjin l-UE għandha:

  • timplimenta r-riformi diġà miftiehma (jew li qed jitħejjew) dwar governanza ekonomika u baġitarja aħjar
  • tistabbilixxi regoli komuni għall-intervenzjoni meta l-banek jsibu ruħhom f'inkwiet finanzjarju – dan għandu jikkomplementa l-proposti tal-UE għal sorveljanza bankarja
  • tapprova baġit tal-UE għall-perjodu 2014-2020 DeutschEnglishfrançais – ladarba dan isir, għandu jinħoloq baġit separat li jgħin il-pajjiżi tal-UE jlestu riformi ekonomiċi.

Fil-5 snin li ġejjin, l-UE se tkompli fil-koordinazzjoni tal-politiki fiskali u tal-impjiegi. Baġit komuni għall-pajjiżi fiż-żona ewro jkun disponibbli sabiex jgħin lil dawk l-ekonomiji jkunu taħt pressjoni.

Dan il-baġit jista' jiġi sostnut permezz ta' fond ta' "tifdija" biex jgħin il-pajjiżi jnaqqsu d-djun pubbliċi kbar għal livelli sostenibbli. Pajjiżi li jużaw il-fondi jkollhom isegwu regoli stretti. Iż-żona tal-ewro tkun tista' wkoll kollettivament toħroġ noti tal-ewro – bonds li jiġbru fondi fis-swieq kapitali.

Wara 5 snin, l-UE tkun tista' tieħu l-passi li jkun imiss lejn unjoni bankarja, baġitarja u ekonomika sħiħa, segwit minn unjoni politika. Dawn il-passi futuri jkunu jeħtieġu modifiki fit-Trattati tal-UE u żieda fir-responsabilità demokratika.

Il-pjan huwa l-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni għal proposti dwar unjoni aktar magħquda li l-mexxejja tal-UE se jiddiskutu fil-laqgħa tagħhom fit-13-14 ta’ Diċembru.

Flimkien mal-iskema dettaljata, il-Kummissjoni ħarġet ukoll stħarriġ dwar it-tkabbir fl-2013 pdf - 109 KB [109 KB] български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) . Dan jimmarka l-bidu ta' "Semestru Ewropew", ċiklu annwali ta' sitt xhur li matulhom il-gvernijiet tal-UE jikkonsultaw lil xulxin sabiex jikkoordinaw il-politiki ekonomiċi u baġitarji tagħhom.

Skema tal-UE għal unjoni aktar magħquda

Stħarriġ dwar it-tkabbir tal-UE fl-2013 u proposti relatati

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli