Mogħdija tan-navigazzjoni

L-ekonomija tal-UE: inbaħħru fil-maltemp - 07/11/2012

Id b'pinna tipponta lejn ċart tan-negozju fuq skrin LCD © iStock/archives

Il-perspettiva ekonomika fuq perjodu ta' żmien qasir għall-ekonomija tal-UE u ż-żona tal-ewro għadha fraġli. Iżda mistenni li jkun hemm tkabbir fil-PGD fl-2013, b'iktar tisħiħ fl-2014.

Fis-7 ta' Novembru, il-Kummissjoni ppubblikat it-tbassir ekonomiku tal-ħarifa English għaż-żona tal-ewro u l-Unjoni Ewropea. It-tbassir ikopri indikaturi li jinkludu l-prodott gross domestiku (PGD), l-inflazzjoni, il-qgħad u l-finanzi pubbliċi għall-2012-14.

Il-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja għad għandhom piż tqil fuq ir-rendiment tat-tkabbir ekonomiku u l-impjieg fl-UE u ż-żona tal-ewro, iżda mistenni li jerġa' jkun hemm tkabbir ekonomiku fil-bidu tal-2013.

Il-prodott gross domestiku

Il-PGD reali mistenni jonqos b'0.3% fl-UE u b'0.4% fiż-żona tal-ewro fl-2012. Madankollu, l-azzjonijiet politiċi sodi biex jegħlbu l-kriżi u l-miżuri biex itejbu t-tħaddim tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja għenu lill-ekonomija tal-UE tistabilizza.

Fl-2013, mistenni li jkun hemm tkabbir gradwali: il-PGD mistenni jiżdied b'0.4% fl-UE u 0.1% fiż-żona tal-ewro, għalkemm xorta se jkun għad hemm differenzi kbar bejn il-pajjiżi membri. Madankollu, il-kompetittività li ntilfet f'xi pajjiżi tal-UE qed terġa' tibda tirpilja.

Flimkien mar-riformi strutturali, dan se jwitti t-triq għal tkabbir ekonomiku iktar b'saħħtu u mifrux b'mod uniformi fl-2014, meta l-PGD mistenni jiżdied b'1.6% fl-UE u b'1.4% fiż-żona tal-ewro.

Il-qgħad

Minħabba l-attività ekonomika dgħajfa, il-qgħad fl-2012 mistenni jilħaq 10,5% fl-UE u 11.3% fiż-żona tal-ewro. Mistenni jilħaq l-ogħla livell ta' 10.9% fl-UE u ta' 11.8% fiż-żona tal-ewro fl-2013 qabel ma jerġa' jonqos ftit fl-2014.

Olli Rehn, il-Kummissarju tal-UE għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji:

"Il-projezzjonijiet tagħna juru titjib bil-mod fit-tkabbir ekonomiku tal-Ewropa minn kmieni s-sena d-dieħla. Id-deċiżjonijiet politiċi ewlenin qed iservu ta' pedament għat-tisħiħ tal-fiduċja. L-istress tas-suq naqas, iżda m'hemmx lok li nserrħu rasna. L-Ewropa għandha tkompli tgħaqqad il-politiki tat-taxxa mar-riformi strutturali biex jinħolqu l-kundizzjonijiet għat-tkabbir sostenibbli biex ir-rata tal-qgħad terġa' tonqos mil-livelli inaċċettabbli u għoljin ta' bħalissa.

L-inflazzjoni

L-inflazzjoni mistennija tonqos bi 2.0% fl-UE u b'1.8% fiż-żona tal-ewro fl-2013.

Aktar informazzjoni dwar it-tbassir ekonomiku tal-UE

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli