Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-passi li jmiss għal suq uniku Ewropew - 03/10/2012

Proposti ġodda għal aktar integrazzjoni ekonomika fost il-pajjiżi tal-UE se tkun ta' benefiċċju għall-konsumaturi, il-ħaddiema u n-negozji.

Il-proposti huma miżjudin mal-ewwel sett ta' 12-il azzjoni ta' prijorità identifikati fl-2011 biex jittejjeb il-mod li bih jaħdem is-suq uniku.

Huma miżuri li x'aktarx jistimolaw it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi billi jgħinu lill-persuni, il-prodotti, is-servizzi u l-kapital jiċċaqalqu b'mod eħfef fl-UE.

Aktar integrazzjoni għandha wkoll tgħin biex jitħaffef l-irkupru tal-UE mill-kriżi finazjarja dinjija. Proposti ġodda skont l-Att II dwar is-Suq Uniku English għandhom:

  • jiftħu s-servizzi domestiċi tal-passiġġieri bil-ferrovija għall-pajjiżi oħrajn tal-UE – itejbu l-kwalità u jnaqqsu l-prezzijiet
  • jeliminaw il-proċeduri amministrattivi kumplessi għall-ġarr bil-baħar tal-prodotti bejn portijiet fl-UE – jagħmlu t-trasport marittimu tal-UE aktar kompetittiv mal-ferrovija, it-toroq u l-ajru
  • iħaffu l-progress lejn livell ta' maniġment fil-livell tal-UE tal-ispazju tal-ajru Ewropew permezz tal-Ajru Uniku Ewropew Englishiżidu s-sikurezza u jnaqqsu l-infiq tal-linji tal-ajru b'madwar €5 biljuni fis-sena
  • jinforzaw il-miżuri korrenti biex jinfetħu s-swieq domestiċi tal-enerġija – jiffrankaw lill-konsumaturi sa €13-il miljun fis-sena
  • itejbu l-aċċess għall-kumpaniji biex jingħataw finanzjament fit-tul – jgħinu lil min jibda fin-negozju u lin-negozji ż-żgħar biex jikbru
  • jirrivedu r-regoli tal-insolvenza tal-UE – jagħtu lin-negozji u lill-intraprendituri vijabbli t-tieni ċans
  • jagħmlu s-servizzi tal-ħlas onlajn aktar effiċjenti – jinkuraġġixxu aktar klijenti biex jixtru permezz tal-Internet
  • inaqqsu l-ispejjeż għall-iżvilupp ta' Internet b'veloċità għolja – iżidu l-aċċess għas-servizzi tal-broadband
  • joħolqu standard għall-invojsjar elettroniku għax-xiri mill-gvernijiet – jiffrankaw lis-settur pubbliku madwar €1 biljun fis-sena
  • itejbu r-regoli tas-sikurezza tal-prodotti u l-iċċekkjar mal-fruntieri tal-UE – iżommu l-prodotti li mhumiex sikuri u ta' ħsara milli jilħqu lill-konsumaturi
  • jagħtu lil kulħadd id-dritt li jkollu kont ta' ħlas bażiku ma' bank, u jiżguraw li l-onorarji għall-kont bankarju huma trasparenti u komparabbli, u jagħmluha faċli li wieħed jibdel bank ma' ieħor.

Il-passi li jmiss

Il-Ġimgħa tas-Suq Uniku DeutschEnglishfrançais (15-20 ta' Ottubru) tfakkar iż-żewġ deċennji taż-żieda tal-integrazzjoni tal-UE, u l-proposti l-ġodda se jiġu diskussi waqt avvenimenti nazzjonali DeutschEnglishfrançais mal-Ewropa kollha.

Il-Kummissjoni se titlob lill-mexxejja tal-UE u l-Parlament Ewropew biex jadottaw proposti speċifiċi bħala prijorità sar-rebbiegħa 2014.

Is-suq uniku tal-UE – qafas ta' ħidma ġenerali dwar il-politika DeutschEnglishfrançais

Att dwar is-Suq Uniku

20 sena ta' suq uniku

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli