Mogħdija tan-navigazzjoni

Nieħdu dak kollu li nistgħu mill-benefiċċji ta' suq uniku - 12/06/2012

Ħaddiema għaddejjin minn ħitan bi stilel tal-UE © EU

Pakkett ta' miżuri għandu jtejjeb l-aċċess tal-konsumaturi għas-servizzi f'pajjiżi oħrajn tal-UE, billi jsaħħaħ it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi.

Is-suq uniku hu s-sies tal-UE – hu jservi ta' tħeġġiġ essenzjali għall-iżvilupp ekonomiku u l-impjiegi billi jgħin lill-persuni, il-prodotti, is-servizzi u l-kapital jiċċaqalqu b'mod ħieles fl-Unjoni Ewropea.

Iżda l-potenzjal tiegħu għadu ma ntlaħaqx b'mod sħiħ. Ċerti pajjiżi għadhom pereżempju ma implimentawx ir-regoli b'mod korrett, jew ma neħħewx biżżejjed mill-burokrazija.

Dan japplika għas-settur tas-servizzi, fejn il-liġi Deutsch (de) English (en) français (fr) tal-UE tkopri firxa wiesgħa ta' attivitajiet, fosthom is-servizzi tan-negozji, in-negozju ta’ beni immobbli, id-distribuzzjoni bl-ingrossa u bl-imnut, il-kostruzzjoni u d-divertiment.

Analiżi English (en) turi li l-PGD tal-UE jista' jikber bi 2.6% aktar matul 10 snin kieku l-pajjiżi kollha japplikaw b'mod sħiħ ir-regoli tas-suq uniku għall-provvedituri tas-servizzi. Jekk il-burokrazija titnaqqas ukoll b'terz, dan iwassal għall-iffrankar b'mod ġenerali ta' madwar €40bn.

Il-Kummissjoni qed tipproponi pakkett ta' miżuri English biex twassal dawn il-benefiċċji u tgħin lill-konsumaturi jingħatalhom aċċess għal servizzi mogħtijin minn pajjiżi oħrajn tal-UE.

Hi qed issejjaħ lill-pajjiżi tal-UE biex japplikaw b'mod sħiħ ir-regoli, speċjalment fis-setturi ewlenin bħan-negozju, il-kostruzzjoni, it-turiżmu u s-servizzi tal-imnut. Jeħtiġilhom ukoll iwarrbu r-rekwiżiti diskriminatorji pprojbiti mil-liġi.

Regoli ta' din ix-xorta jinkludu restrizzjonijiet u obbligi nazzjonali għall-bejjiegħa bl-imnut biex iwettqu studji li jiswew ħafna flus sabiex jippruvaw li d-domanda għas-servizzi tagħhom teżisti. Ostakoli oħrajn jinkludu d-differenzi fl-UE kollha fl-għarfien tal-kwalifiki u tad-diplomi professjonali maħruġin minn pajjiżi oħrajn tal-UE.

Fl-istess waqt, il-Kummissjoni se żżid l-inforzar kontra pajjiżi li jkomplu jiksru l-liġi u se taħdem mal-gvernijiet biex jinfetħu oqsma fejn jistgħu jitwettqu aktar kisbiet ekonomiċi.

Azzjonijiet oħrajn jinkludu t-tħeġġiġ ta' kumpaniji tal-assigurazzjoni biex ikopru b'mod xieraq lill-provvedituri tas-servizzi bejn il-fruntieri u aktar appoġġ lill-konsumaturi li jixtiequ jixtru servizzi f'pajjiż ieħor tal-UE.

Il-passi li jmiss

Il-Kummissjoni qed tippjana li tippubblika kard b'rapport annwali li jidentifika l-azzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż meħtieġa biex jissaħħaħ l-iżvilupp ekonomiku fis-suq tas-servizzi.

Ir-rapport għandu jsir parti mis-"semestru Ewropew" annwali, proċess ta' sitt xhur magħmul kull sena li matulhom il-gvernijiet tal-UE jikkonsultaw ma' xulxin dwar il-baġits u l-politiki ekonomiċi tagħhom.

Aktar dwar is-suq uniku għas-servizzi tal-UE Deutsch (de) English (en) français (fr)

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli