Mogħdija tan-navigazzjoni

Nipproteġu ċ-ċittadini mill-fallimenti tal-banek - 06/06/2012

Parti minn bini bil-kelma "bank" fuq il-bieb © istock/ilbusca

Pjan favur strateġija koordinata tal-UE jistabbilixxi regoli komuni għal intervent meta bank ikollu problemi finanzjarji – u jgħin biex is-salvataġġi ffinanzjati mill-kontribwenti ma jkunx hemm bżonnhom iktar.

Il-kriżi finanzjarja globali wriet li problema f'bank wieħed malajr tista' tinfirxet lejn il-bqija tal-ekonomija u lejn pajjiżi oħra. Jidher ċar ukoll li l-pajjiżi tal-UE m'għandhomx ir-regoli tajba fis-seħħ biex jiġġestixxu tajjeb banek li qed ifallu.

F’ħafna każijiet il-gvernijiet tal-UE kellhom jonfqu flus il-kontribwenti biex isalvaw xi wħud mill-banek il-kbar biex jevitaw ħsara lil miljuni ta' konsumaturi u lis-sistema finanzjarja.

Biex timla l-vojt, il-Kummissjoni qed tipproponi qafas komuni ta' regoli biex tgħin lill-pajjiżi tal-UE u r-regolaturi nazzjonali iwieġbu għal krizijiet bankarji malajr u b'mod effettiv.

Il-miżuri jgħinu wkoll billi jnaqqsu l-impatt li falliment ta' bank jista' jkollu fuq l-istabilità tas-swieq finanzjarji, u jillimitaw l-ispiża għall-kontribwenti jekk ikollu jsir salvataġġ.

Il-miżuri jpoġġu l-ispejjeż tar-ristrutturazzjoni u r-responsabilità fuq l-azzjonisti, l-kredituri u l-impjegati tal-bank li huma responsabbli għal ġestjoni ħażina. Barra minn dan il-miżuri English :

  • jagħtu poter wiesgħa lill-awtoritajiet pubbliċi biex jipprevjenu bank milli jfalli, jippermettulhom li jintervjenu qabel u jsolvu problemi
  • jeħtieġu li l-banek prinċipali kollha jkollhom pjani ta’ rkupru – l-awtoritajiet pubbliċi ukoll ikollhom jispjegaw il-passi li jieħdu meta jintervjenu u jimmaniġġjaw bank fi kriżi
  • jattivaw rispons bikri meta r-riservi kapitali ta' Bank jaqgħu taħt ċertu livell – il-bank ikollu jieħu passi biex jerġa' jġib lura l-finanzi tiegħu fis-sod, jagħmel riformi ewlenin, u jirristruttura d-dejn tiegħu jekk meħtieġ
  • jippermettu lill-awtoritajiet nazzjonali jassumi l-kontroll ta' bank jekk l-intervent bikri ma jaħdimx – pereżempju jippermettilhom li jbigħu l-bank kollu jew parti minnu
  • jgħinu lill-awtoritajiet nazzjonali jikkooperaw b'mod aktar effettiv meta jkollhom x'jaqsmu ma' bank bi problemi li qiegħed f'pajjiż ieħor – l-Awtorità Bankarja Ewropea jkollha rwol ewlieni.

Il-miżuri huma parti minn serje ta' riformi DeutschEnglishfrançais li l-UE qed iddaħħal biex ittejjeb ir-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji tagħha u biex tipproteġi lid-depożituri.

Iktar dwar il-ġestjoni tal-kriżi fis-settur bankarju DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli