Mogħdija tan-navigazzjoni

Sett ta' suġġerimenti għall-istabbiltà, it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi - 31/05/2012

Kalkulatur u pinna fuq karti tal-flus ewro © iStockphoto.com/SrdjanSrdjanov

Pakkett ta' rakkomandazzjonijiet għal kull wieħed minn 27 pajjiż tal-UE u għaż-żona tal-ewro joffri gwida dwar il-baġits domestiċi u l-politiki ekonomiċi tal-2012-2013.

Ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż English mill-Kummissjoni jwieġbu l-pjanijiet li kull gvern ippreżenta aktar kmieni din is-sena dwar il-miżuri tiegħu għar-riformi baġitarji u ekonomiċi matul it-12-il xahar li ġejjin.

Huma jikkunsidraw is-sitwazzjoni ekonomika ta' kull pajjiż u jipprovdu parir speċifiku dwar it-tħeġġiġ tal-iżvilupp ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi.

Valutazzjoni ġenerali DeutschEnglishfrançais tal-progress li sar s'issa sabet li l-pajjiżi qed jirriformaw il-baġits tagħhom skont il-prijoritajiet imfasslin minn 27 gvern. Diversi pajjiżi qed iwettqu riformi ekonomiċi ewlenin, li jinkludu bidliet strutturali fis-swieq tax-xogħol tagħhom. Bosta qed jirriformaw ukoll is-setturi finanzjarji tagħhom.

Madankollu, jeħtieġ li jsir aktar, u b'mod aktar mgħaġġel, biex jiġu ttrattati l-ekonomiji li qed jiddgħajfu u l-kriżi tad-dejn taż-żona tal-ewro. Il-gvernijiet jeħtiġilhom jimplimentaw miżuri addizzjonali li jassistu t-tkabbir ekonomiku u jnaqqsu l-qgħad. Meħtieġa aktar miżuri biex jgħinu liż-żgħażagħ isibu x-xogħol jew jingħataw taħriġ.

Tkabbir ekonomiku fit-tul

Il-gvernijiet ma għamlux biżżejjed biex jippermettu lill-UE tilħaq il-miri miftehmin għall-qgħad, ir-riċerka u l-iżvilupp, l-edukazzjoni u l-ġlieda kontra l-faqar.

Meħtieġa azzjoni aktar biex jinfetħu l-opportunitajiet kummerċjali u biex jintużaw sorsi ġodda ta' impjiegi, bħas-servizzi, l-enerġija u s-setturi diġitali.

L-UE jeħtiġilha ttejjeb il-livelli tal-kapaċitajiet tal-forza tax-xogħol tagħha, tqabbilhom mal-ħtiġijiet tas-suq, u ssaħħaħ l-innovazzjoni. Jeħtieġ li jsir aktar għas-sostenn tal-irkupru ekonomiku u biex jiġu ttrattati l-konsegwenzi ta' popolazzjoni li qed tikber fl-età.

Ir-rakkomandazzjonijiet jiffurmaw parti mill-ewwel 'semestru Ewropew', proċess ta' sitt xhur li se jsir ta' kull sena li matulhom il-gvernijiet tal-UE jikkonsultaw ma' xulxin dwar il-baġits u l-politiki ekonomiċi tagħhom.

Bħala parti mill-proċess, il-Kummissjoni ħarġet ukoll rakkomandazzjonijiet ġenerali għaż-żona tal-ewro DeutschEnglishfrançais .

Tlestija tas-semestru

Il-Kunsill Ewropew se jiltaqa' fit-28-29 ta' Ġunju biex jiddiskuti r-rakkomandazzjonijiet. Hekk kif dawn jiġu approvati f'Lulju, ikun f'idejn kull pajjiż li jinkorporahom fil-baġit nazzjonali u l-politiki ekonomiċi tiegħu għall-2012-13.

Il-Kummissjoni u pajjiżi oħrajn tal-UE mbagħad jaraw kif kull pajjiż jimplimenta dawn il-miżuri bħala parti mill-proċess tar-reviżjoni mill-pari tas-semestru.

Aktar tagħrif dwar is-semestru Ewropew English

Stħarriġ dwar it-tkabbir ekonomiku 2012 DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli