Mogħdija tan-navigazzjoni

Ewropa li qed tixjieħ – jeħtiġilna nippreparaw minn issa - 15/05/2012

4 anzjani madwar mejda jilagħbu l-karti © EU

Ir-rapport ibassar li madwar terz tal-Ewropej se jkollhom 65 sena jew aktar sal-2060, f'popolazzjoni totali tal-UE ta' 517-il miljun.

Il-profil tal-etajiet tal-UE mistenni jinbidel b'mod drastiku fid-deċennji li ġejjin, skont l-aħħar rapport English tal-UE dwar ix-xjuħija, maħruġ illum.

Filwaqt li l-popolazzjoni b'mod ġenerali se tkun kemm kemm iżjed fl-2060 (517-il miljun, flok 502 miljuni fl-2010), se tkun ħafna ixjaħ – qed jitbassar li 30% tal-Ewropej se jkollhom l-età ta' 65 sena jew aktar. Filwaqt li dan hu twettiq ewlieni, madankollu li jkun hawn aktar nies jgħixu fit-tul joħloq sfidi sinifikanti għall-ekonomiji Ewropej u s-sistemi tal-benefiċċji soċjali tagħhom.

Mill-banda l-oħra, hu ovvju li se jkun hemm anqas persuni bl-età tax-xogħol – it-total ta' dawk bl-età bejn il-15-64 sena maħsub li jonqos minn 67% għal 56%. Bejn wieħed u ieħor, dan ifisser li minflok ma jkun hemm 4 persuni bl-età tax-xogħol għal kull pensjonant se jkun hemm biss 2.

Dawn it-tibdiliet demografiċi mistennija li jħallu konsegwenzi sostanzjali fuq il-finanzi pubbliċi fl-UE. Abbażi tal-politiki attwali, l-infiq pubbliku "strettament" relatat mal-età (pensjonijiet, kura tas-saħħa u kura għal tul taż-żmien) maħsub li jiżdied b'4.1 punti perċentwali tal-PGD bejn l-2010 u l-2060 minn 25% għal madwar 29% tal-PGD. L-infiq fuq il-pensjonijiet waħdu maħsub li se jiżdied minn 11.3% għal kważi 13% tal-PGD sal-2060. Madankollu, ir-rapport juri varjazzjoni kbira bejn il-pajjiżi, din b'mod wiesa' tiddependi fuq il-progress li kull wieħed għamel fir-riformi tal-pensjonijiet.

B'mod sħiħ, ir-rapport jikkonferma li se tkun meħtieġa azzjoni b'politika determinata biex jiġu mmaniġġjati l-isfidi maħluqin minn popolazzjoni li qed tikber fl-età.

Il-limitu u l-veloċità tax-xjuħija jiddependu mill-prospetti tal-ħajja, il-fertilità u l-migrazzjoni fil-ġejjieni. Il-prospetti ta' snin ta' ħajja mat-twelid qed jitbassru li se jiżdiedu minn 76.7 fl-2010 għal 84.6 fl-2060 għall-irġiel u minn 82.5 għal 89.1 għan-nisa. Ir-rata tal-fertilità fl-UE qed titbassar li se togħla b'mod ħafif mill-1.59 wild għal kull mara fl-2010 sa 1.71 fl-2060. L-għadd nett tal-migrazzjoni lejn l-UE qed jitbassar li se jkun bejn 60 miljun sal-2060.

Aktar dwar l-istrateġija tal-UE dwar ix-xjuħija

Is-sena Ewropea għal anzjanità attiva 2012

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli