Mogħdija tan-navigazzjoni

It-tbassir tar-Rebbiegħa: lejn irkupru bil-mod - 11/05/2012

Idejn iżommu tromba fuq mejda bi grafika © istock/RBFried

Huwa meqjus li bħalissa l-ekonomija tal-UE tinsab f'reċessjoni ħafifa. Iżda huwa mbassar irkupru bil-mod li jibda fit-tieni parti tas-sena.

Skont it-tbassir tar-Rebbiegħa English ppubblikat fil-11 ta' Mejju, il-PGD reali mistenni jistaġna din is-sena fl-UE u jonqos xi ftit fiż-żona tal-ewro. Madankollu, il-passi meħuda mill-UE biex tingħeleb il-kriżi tad-dejn għenu biex itaffu t-tensjonijiet fis-swieq finanzjarji. Sakemm l-investituri u l-konsumaturi jerġgħu jiksbu doża ta' fiduċja, id-domanda domestika tista' tingħadd li se tirkupra bil-mod.

L-iżvilupp mistenni jibda fit-tieni nofs tal-2012 u jirranka fl-2013. Il-PGD mistenni jistaġna fl-UE u jonqos b'0.3% fiż-żona tal-ewro din is-sena. Fl-2013 mistenni jikber b'1.3% fl-UE u b'1.0% fiż-żona tal-ewro.

Madankollu, s-sitwazzjoni għadha fraġli u r-ritmu tal-irkupru mhux se jkun l-istess fil-pajjiżi differenti tal-UE, speċjalment minħabba sfidi strutturali differenti, l-ispejjeż ta' finanzjament u s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi.

B'mod ġenerali, ir-ritorn mistenni fit-tkabbir għandu jtaffi l-kundizzjonijiet tas-swieq tax-xogħol fl-2013. Imma se jieħu ftit taż-żmien sakemm dan jaffettwa r-rata tal-qgħad, li mistennija tibqa' 10.3% fl-UE u 11% fiż-żona tal-ewro fl-2012 u l-2013.

Minkejja l-waqgħa fir-rendiment matul l-2011, il-finanzi pubbliċi fl-UE tjiebu sew. Id-defiċits fil-baġits mistennija jkomplu jinżlu fl-2012 u l-2013.

L-inflazzjoni mistennija tnaqqas bil-mod il-mod u taqa' għal inqas minn 2% fl-2013.

Aktar dwar it-tbassir ekonomiku tal-UE

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli