Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-kompetizzjoni Ġenerazzjoni 1992 tfakkar l-20 sena tas-suq uniku tal-UE - 23/04/2012

Ingħaqad ma' oħrajn li twieldu fl-1992 u ippreżenta vidjows, ritratti, kartuns, essejs jew smartphone apps dwar xi jfisser għal ġenerazzjoni tiegħek is-suq uniku tal-Ewropa. Il-limitu taż-żmien jagħlaq fid-9 ta' Settembru.

Bis-saħħa tas-suq uniku Ewropew, nistgħu nivvjaġġaw, nistudjaw, naħdmu, ngħixu u nixtru f'pajjiż ieħor mingħajr ħafna problemi.

It-tneħħija ta' mijiet ta' ostakoli tekniċi, legali u burokratiċi taw spinta lit-tkabbir ekonomiku u għenu biex jinħolqu 2.8 impjieg ġdid minn 20 sena 'l hawn.

Il-Kummissjoni tixtieq tisma' minn persuni li kibru f'dan is-suq uniku, għalhekk qed norganizzaw kompetizzjoni, li fiha jista' jipparteċipa kull min twieled fl-1992.

Tista' tikkontribwixxi billi taqsam l-opinjonijiet u l-esperjenzi tiegħek dwar kif dan affettwalek ħajtek. Oħloq vidjow jew smartphone app, jew ibgħat ritratti, kartuns jew essej dwar wieħed minn dawn l-4 suġġetti:

  • edukazzjoni u ċittadinanza
  • impjiegi u intrapriża
  • kultura u passatemp
  • konsumaturi u ambjent

Kulħadd jista' jieħu sehem – ma għandekx għalfejn tkun fotografu, direttur tal-films jew artista professjonali. U tista' ssib ħafna pariri fil-websajt Ġenerazzjoni 1992.

Dak li qed infittxu huma sottomissjonijiet li jesprimu l-fehma tiegħek dwar is-suq uniku – xi jfisser għalik, u x'tistenna minnu fil-ġejjieni.

Kif tapplika:

Tista' tibgħat sa 2 sottomissjonijiet, jew f'ismek jew bħala parti minn grupp, bil-kundizzjoni li dawn ikunu f'formati differenti.

Il-limitu taż-żmien jagħlaq fid-9 ta' Settembru. Iżda titlifx ħin billi s-sottomissjonijiet kollha li jintbagħtu qabel il-limitu taż-żmien huma eliġibbli għat-tlugħ ta' premjijiet ta' kull xahar.

Il-ġuriji għandhom jagħżlu 20 finalista, li jirbħu vjaġġ għall-għoti tal-premjijiet fi Brussell f'Ottubru li jmiss biex jiġbru l-premjijiet tagħhom – biljetti tal-ferrovija mal-Ewropa kollha, kameras tar-ritratti diġitali, iPods u vawċers għax-xiri.

Iċ-ċerimonja se tinżamm matul konferenza fi Brussell (15-20 ta' Ottubru) li fiha se jiġu diskussi modi ġodda biex tkun żviluppata ż-żona mingħajr fruntieri tal-Ewropa.

Il-Kummissjoni qed tippjana wkoll aktar proposti biex jitneħħew l-ostakoli li baqa' għall-moviment ħieles tal-persuni, is-servizzi u l-prodotti fl-Ewropa. Dawn għandhom jikkomplementaw it-12-il miżura prijoritarja DeutschEnglishfrançais li l-Kummissjoni pproponiet f'April is-sena l-oħra.

Ara l-websajt Ġenerazzjoni 1992, jew segwi l-kompetizzjoni f'Facebook English jew Twitter

Aktar tagħrif

L-20 anniversarju tas-suq uniku tal-UE DeutschEnglishfrançais

Integrazzjoni ekonomika tal-UE DeutschEnglishfrançais

Att Dwar is-Suq Uniku Ewropew

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli