Mogħdija tan-navigazzjoni

Ir-reġistrazzjoni ta' karozza f'pajjiż ieħor - tasal iktar malajr - 10/04/2012

Fanal ta' karozza u triq © iStock/Olaru Radian-Alexandru

Regoli standard għar-reġistrazzjoni fl-UE jagħmlu ċ-ċaqliq ta' vetturi f'pajjiż ieħor tal-UE eħfef u irħas.

Tista' tkun biċċa uġigħ ta' ras biex tirreġistra karozza meta tmur tgħix f'pajjiż ieħor. Il-propjetarji spiss iħabbtu wiċċhom ma' proċeduri ta' reġistrazzjoni nazzjonali kkumplikati u għoljin, iżda m'għandiex tkun daqshekk diffiċli.

Din kienet identifikata bħala waħda mill-problemi prinċipali English tal-Ewropej li jmorru f'pajjiż ieħor tal-UE biex jgħixu, jaħdmu, jivvjaġġaw jew jixtru.

Bi tweġiba għal dan, il-Kummissjoni qed tipproponi sett ta' regoli ta' reġistrazzjoni komuni għall-vetturi li jkunu mċaqalqa b'mod permanenti bejn il-fruntieri nazzjonali fl-UE. Dawn għandhom jissimplifikaw il-proċeduri ta' reġistrazzjoni u jnaqqsu l-burokrazija u l-ispejjeż.

Il-Kummissjoni tistima li n-negozji, il-propjetarji tal-vetturi u l-awtoritajiet tar-reġistrazzjoni jiffrankaw madwar €1.45 biljun fis-sena jekk il-miżura DeutschEnglishfrançais ssir liġi. Din il-miżura:

  • tnaqqas il-formalitajiet għar-reġistrazzjoni mill-ġdid ta' karozzi, vannijiet, karozzi tal-linja u trakkijiet meta l-propjetarji jmorru jgħixu f'pajjiż ieħor tal-UE - ikollhom ukoll 6 xhur żmien biex jirreġistraw il-karozza tagħhom mill-ġdid.
  • tneħħi ir-rekwiżit għal testijiet tal-VRT żejda, u l-proċeduri għal min jixtri u jbigħ karozza użata f'pajjiż ieħor tal-UE.
  • tfisser li dawk li jaħdmu f'pajjiż ieħor tal-UE u jużaw karozza ta' kumpanija rreġistrata hemm minn min iħaddimhom ma jkollhomx bżonn iktar jirreġistraw il-karozza f'pajjiżhom ukoll
  • tneħħi l-ħtieġa ta' reġistrazzjoni mill-ġdid għal min jgħix parti mis-sena f'residenza ta' villeġġjatura f'pajjiż ieħor tal-UE.
  • tippermetti lil kumpaniji li jikru l-karozzi jittrasferixxu karozzi fi żmien il-vakanzi għall-pajjiż ieħor tal-UE mingħajr ma jerġgħu jirreġistrawhom.

Il-passi li jmiss

Il-miżura trid tiġi approvata mill-gvernijiet tal-UE u mill-Parlament Ewropew qabel issir liġi.

Iktar tard din is-sena, il-Kummissjoni qed tippjana li tiċċara r-regoli tal-UE dwar ir-reġistrazzjoni tal-karozzi u t-taxxa tat-triq. Se tagħmel rakkomandazzjonijiet dwar modi biex tkun evitata t-tassazzjoni doppja fuq karozzi ttrasferiti u biex jitneħħew l-ostakli għall-kiri tal-karozzi minn pajjiż għall-ieħor.

Dawn huma kollha parti minn serje ta' proposti DeutschEnglishfrançais li qed tagħmel il-Kummissjoni biex tgħin lil kulħadd jeżerċita d-drittijiet taċ-ċittadinanza tal-UE tiegħu bis-sħiħ.

Pereżempju, il-Kummissjoni għamlet proposta biex issaħħaħ id-dritt tal-protezzjoni konsolari barra mill-UE DeutschEnglishfrançais . Proposta oħra tirrakommanda mod kif jissolvew problemi tat-taxxa tas-suċċessjoni bejn pajjiż u ieħor DeutschEnglishfrançais .

Iktar dwar id-drittijiet tiegħek bħala ċittadin tal-UE

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli