Mogħdija tan-navigazzjoni

Nimxu b'mod ġust fl-akkwist pubbliku - 02/04/2012

Ftehim © iStockphoto

Liġi ġdida li tiżgura li l-kumpaniji Ewropej ikollhom l-istess opportunitajiet biex jibbenefikaw mis-swieq globali kif għandhom il-kompetituri tagħhom fl-Ewropa.

Kumpaniji li jinsabu fejn jinsabu fid-dinja jistgħu jagħmlu offerta għall-biċċa l-kbira tal-kuntratti offruti mill-awtoritajiet pubbliċi madwar l-UE. Iżda kumpanija Ewropea tista' tagħmel offerta biex tforni oġġetti jew servizzi f'ċerti pajjiżi biss. Din hija sitwazzjoni inġusta u l-Kummissjoni Ewropea qed tispera li tbiddilha b'liġi ġdida dwar l-akkwist pubbliku English .

L-akkwist pubbliku – ix-xiri ta' merkanzija jew servizzi f'isem awtorità pubblika – iwassal għal ċifra globali ta' madwar €1,000 biljun fis-sena. Fl-UE, madwar €420 biljun kienu disponibbli għall-kuntratturi fl-2010.

Madwar 84% ta' din is-somma setgħu jiksubhom kumpaniji minn madwar id-dinja – huma biss is-setturi tal-utilitajiet u d-difiża li jagħmlu restrizzjonijiet fuq il-pajjiżi li jagħmlu offerti. Mill-banda l-oħra, fl-Istati Uniti, il-kumpaniji barranin jistgħu jagħmlu offerti fuq 32% biss mill-€556.26 biljun disponibbli, filwaqt li s-sehem huwa saħansitra inqas fil-Ġappun, bi 28%.

Ir-restrizzjonijiet jaffettwaw is-setturi fejn l-UE hija kompetittiva ħafna, bħall-kostruzzjoni, it-trasport pubbliku, it-tagħmir mediku, il-ġenerazzjoni tal-enerġija u s-settur farmaċewtiku.

Il-Kummissjoni qed tipproponi li għall-kuntratti li jiswew aktar minn €5 miljuni, l-awtoritajiet ta' kuntratt jistgħu jiddeċiedu li jeskludu offerenti minn pajjiżi mhux tal-UE fejn sehem kbir tal-merkanzija u s-servizzi kkonċernati mhumiex koperti minn ftehim internazzjonali.

Jekk awtorità tkun tixtieq tagħmel hekk, trid tinforma lill-Kummissjoni Ewropea, li minn naħa tagħha jkollha xahrejn biex tiddeċiedi jekk id-deċiżjoni hijiex ġustifikata. Din l-evalwazzjoni tkun ibbażata fuq kemm il-proċessi ta' akkwist tal-pajjiiż ikunu miftuħin għall-kumpniji tal-UE.

Jekk pajjiż jiddiskrimina regolarment kontra fornituri Ewropej, il-Kummissjoni tista' tfittex soluzzjoni negozjata. Jekk dan ma jirnexxix, tista' tillimita l-aċċess għas-suq tal-UE lill-kumpaniji minn dak il-pajjiż – pereżempju, b'restrizzjonijiet li jolqtu settur partikolari jew bl-impożizzjoni ta' żvantaġġ fuq il-prezz għall-offerti minn barra l-UE.

Minħabba l-kriżi ekonomija bosta pajjiżi daħħlu miżuri ta' protezzjoni li jiddiskriminaw kontra l-kumpaniji tal-Ewropa. Din il-liġi proposta toħloq aktar ġustizzja filwaqt li żżid ukoll l-opportunitajiet ta' negozju għall-kumpaniji Ewropej fl-UE u lil hinn, tgħin lill-kumpaniji ż-żgħar tal-Ewropa jagħmlu offerti għal kuntratti barra l-UE, u żżid l-impjiegi fl-UE.

Aċċess internazzjonali għall-akkwist pubbliku DeutschEnglishfrançais

Suġġetti tal-kummerċ – l-akkwist pubbliku English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli