Mogħdija tan-navigazzjoni

Kreditu mhux mill-banek: hemm bżonn iktar regolamentazzjoni? - 22/03/2012

Munzell muniti tal-ewro © EU

Għal min għandu bżonn jissellef, tista' tkun alterattiva tajba għall-banek tradizzjonali - għal oħrajn, tista' thedded l-istabbiltà finanzjarja - il-Kummissjoni qed titlob l-opinjonijiet tiegħek dwar is-sistema bankarja parallela ('shadow banking').

L-entitatjiet tas-sistema bankarja parallela huma tipikament intermedjarji bejn l-investituri u min jissellef. Jipprovdu kreditu u likwidità iżda ma jaċċettawx depożitu bħal banek tradizzjonali. Dan ifisser li ma jaqgħux taħt l-istess regolamentazzjoni bħall-bqija tas-settur bankarju.

Is-sistema bankarja finanzjarja mad-dinja kollha kienet stmata madwar €46 triljun fl-2010, li jfisser 25-30% tas-sistema finanzjarja totali.

Bħalissa, l-UE qed timplimenta riformi regolatorji fis-settur finanzjarju kollu, b'mod speċjali fis-settur bankarju, biex tevita kriżi finanzjarja oħra bħal dik attwali. Minħabba t-tkabbir fis-sistema bankarja parallela, flimkien man-nuqqas ta' sorveljanza, il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni pubblika biex tifhem aħjar x'inhi u x'tagħmel is-sistema bankarja parallela, u x'regolamentazzjoni u superviżjoni jista' jkollha bżonn.

Entitajiet u attivitajiet tas-sistema bankarja parallela jistgħu jinkludu:

  • Fondi tas-Suq tal-Flus u tipi oħra ta' fondi ta' investiment jew prodotti b'karatteristiċi simili għal dawk ta' depożitu
  • Fondi ta' investiment li jipprovdu kreditu jew għandhom ingranaġġ, bħall-hedge funds
  • Kumpaniji finanzjarji u entitajiet ta' titoli li jipprovdu kreditu jew garanziji għall-kreditu
  • Impriżi ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni li joħorġu jew jagħtu garanzija għall-prodotti ta' kreditu
  • Tranżazzjonijiet ta' ftehim ta' self jew xiri mill-ġdid ta' titoli u titolizzazzjoni

Attivitajiet bħal dawn jipprovdu sorsi addizzjonali ta' fondi u joffru alternattivi għad-depożiti fil-banek. Joffru wkoll il-possibiltà li r-riskju ma jkunx fuq is-sistema bankarja biss.

Iżda entitajiet bħal dawn huma esposti għal ħafna mill-istess riskji li għandhom il-banek, mingħajr m'għandhom is-sigurtà mogħtija mir-regolamentazzjoni u s-superviżjoni. L-attivitajiet spiss ikunu ffinanzjati permezz ta' ffinanzjar għal żmien qasir, fejn il-klijenti jistgħu jieħduh lura f'kull ħin.

Billi dawn l-entitajiet jevitaw ir-regolamentazzjoni applikata għall-banek tradizzjonali, is-sistema bankarja parallela tista' twassal xxejjen ir-regoli fil-bqija tas-sistema finanzjarja - entitajiet finanzjarji oħra jistgħu jippruvaw jgħaddu ċerti attivitajiet barra mill-ambitu tar-regolamentazzjoni.

Xi banek ta' investiment diġà jużaw is-sistema bankarja parallela. Waqt li l-attivitajiet prinċipali tagħhom jaqgħu taħt regolamentazzjoni u superviżjoni, it-trażazzjonijiet magħmula taħt is-sistema bankarja parallela ma jidhrux għar-regolaturi. U hekk kif ir-regolaturi qed jaħdmu biex isaħħu s-superviżjoni fis-sistema finanzjarja, hemm il-biża li iktar negozji jmorru lejn is-sistema bankarja parallela.

Il-konsultazzjoni tiffoka fuq ħames oqsma: ir-regolamentazzjoni tal-banek, ir-regolamentazzjoni tal-ġestjoni tal-assi, il-ftehimiet tas-self jew xiri mill-ġdid ta' titoli, it-titolizzazzjoni u entitatijiet oħra tas-sistema bankarja parallela.

Il-Kummissjoni se tuża r-riżultati tal-konsultazzjoni biex, flimkien mal-awtoritajiet finanzjarji tal-UE, tiddeċiedi x'mizuri għandhom jittieħdu fil-livell tal-UE.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jibagħtu l-kummenti qabel l-1 ta' Ġunju 2012.

Se ssir konferenza dwar ir-regolamentazzjoni tas-sistema bankarja parallela fi Brussell fis-27 ta' April.

Iktar dwar is-sistema bankarja parallela u l-konferenza ta' April DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli