Mogħdija tan-navigazzjoni

Veduta ta' Ateni u l-baħar © istock/Yuliya Kryzhevska

L-UE tipprovdi għarfien espert prattiku biex tgħin lill-Greċja biex l-ekonomija tagħha terġa' tibda tikber u toħloq l-impjiegi.

Kmieni fl-2010, id-dejn dejjem jogħla tal-gvernijiet u l-iżbilanċi tal-baġits wasslu għal kriżi ta' fiduċja fl-ewro. L-inkwiet fis-swieq kien ikkonċentrat fil-Greċja, fejn l-investituri ħasbu li l-pajjiż ma kienx se jirnexxilu jħallas id-dejn mhux sostenibbli tiegħu.

Biex jgħinu lill-Greċja, f'Mejju 2010 l-pajjiżi taż-żona tal-ewro u l-IMF taw pakkett ta' self English ta' emerġenza ta' €110 biljun lill-pajjiż . Il-pakkett ingħata bil-patt li l-gvern tal-Greċja jkompli bir-riformi tal-finanzi pubbliċi u l-politiki ekonomiċi.

Quddiem din l-isfida, il-Greċja talbet l-għajnuna lill-Kummissjoni, u għalhekk din ħolqot tim ta' esperti DeutschEnglishfrançaisportuguês biex jgħin lill-gvern jimplimenta r-riformi. B'liema għan? Biex il-pajjiż jerġa' jqum fuq saqajh.

Din l-għajnuna hi kruċjali biex ikomplu għaddejjin ir-riformi u għenet lill-Greċja tikseb iktar għajnuna finanzjarja English l-ġimgħa li għaddiet.

Ħidma fi grupp

Wieħed mill-kompiti ewlenin tal-esperti hu li jiżguraw li l-fondi ta' appoġġ tal-UE – apparti s-salvataġġ finanzjarju, li bħalissa hu l-uniku sors ta' tkabbir finanzjarju tal-Greċja – ikunu mmirati aħjar.

L-esperti għenu lill-Greċja terġa' tiffoka parti kbira ta' flusha fuq 181 proġett b'impatt qawwi, skont l-iktar rapport reċenti ελληνικάEnglish tat-tim. Dawn jinkludu proġetti ta' kostruzzjoni ta' 5 awtostradi b'potenzjal li jinħolqu 30,000 impjieg, u appoġġ għal negozji żgħar li għandhom bżonn ta' kreditu.

L-esperti għenu wkoll biex jagħmlu l-amministrazzjoni tat-taxxa iktar effettiva. Il-gvern ġabar €946 miljun f'arretrati tat-taxxa, iktar mid-doppju tal-mira inizjali.

Ipprovdew ukoll għarfien espert dwar is-simplifikazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika, kemm fil-livell ċentrali u kif ukoll fil-livell lokali. Dan jinkludi tnaqqis fil-burokrazija f'setturi ewlenin tan-negozju.

Għad hemm ħafna xi jsir. Pereżempju, it-tim qed jaħdem fuq it-tħaffif tal-kontrolli doganali – bħalissa l-prodotti jieħdu d-doppju tal-ħin mill-bqija tal-UE biex jgħaddu mid-dwana. Jekk dan il-proċess jitħaffef, inaqqas l-ispejjeż lin-negozji.

Iktar appoġġ għall-Greċja se jiġi fil-forma ta' proposti dwar l-istimolu tat-tkabbir ekonomiku mill-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso.

Aktar informazzjoni dwar it-task force tal-Kummissjoni għall-Greċja DeutschEnglishfrançaisportuguês

Aktar informazzjoni dwar l-ekonomija tal-Greċja English

Ir-rispons tal-UE għall-kriżi ekonomika English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli