Mogħdija tan-navigazzjoni

Tbassir intermedjarju: reċessjoni mhix ħarxa ħafna u b'sinjali ta' stabilizzazzjoni - 23/02/2012

Idejn iżommu tromba fuq mejda bi grafika © istock/RBFried

L-ekonomija tal-UE mistennija tistaġna fl-2012, filwaqt li ż-żona tal-ewro se tidħol f'reċessjoni xejn ħarxa. Qed jiġi mbassar li se jerġa' jibda jkun hemm żvilupp modest fit-tieni nofs tas-sena.

L-aktar tbassir intermedjarju English reċenti tal-Kummissjoni Ewropea, ippreżentat fit-23 ta' Frar, juri staġnar fl-ekonomija tal-UE u reċessjoni mhux ħarxa fiż-żona tal-ewro. Madankollu, huwa mistenni jibda żvilupp modest fit-tieni nofs tas-sena.

B'mod ġenerali, il-PGD fl-2012 huwa mistenni jibqa' l-istess fl-UE u li jonqos b'0.3% fiż-żona tal-ewro. Filwaqt li 17-il pajjiż tal-UE mistennija jaraw żvilupp, l-oħrajn qed jinżammu lura minħabba fl-inċertezza attwali fis-suq, tħassib dwar il-kriżi tad-dejn pubbliku, u domanda baxxa ta' esportazzjoni. Għaldaqstant, l-iżvilupp tal-PGD mistenni jistaġna f'pajjiż wieħed u jmur lura f'disgħa oħra.

l-inflazzjoni

Minħabba l-prezzijiet għoljin tal-enerġija u ż-żidiet tat-taxxa indiretta, l-inflazzjoni se tibqa' aktar għolja milli kien mistenni. Għall 2012 in ġenerali, ir-rata tal-inflazzjoni issa mistennija tkun ta' 2.3% fl-UE u ta' 21% fiż-żona tal-ewro.

Prospetti għad-domanda domestika u globali

Ix-xeħta ekonomika hija influwenzata minn ekonomija globali b'inqas appoġġ, bit-tnaqqis kontinwu tad-domanda globali li qed dejjem tkompli trażżan l-esportazzjoni Ewropea. In-negozju u l-fiduċja tal-konsumatur fl-UE għadhom baxxi, għalkemm dan l-aħħar ġie nnutat titjib ċkejken hekk kif is-settur finanzjarju wera sinjali ta' stabbilità.

Barra minn hekk, minħabba d-domanda mnaqqsa, il-kondizzjonijiet tal-kreditu mhumiex mistennija jrażżnu l-investiment u l-konsum tul l-orizzont tat-tbassir. Ġeneralment, għandu jkun hemm ritorn gradwali tal-fiduċja u rkupru tal-investiment u l-konsum fit-tieni nofs tal-2012.

Kuntest

Dan it-tbassir intermedjarju estiż jaġġorna d-dehra tal-pajjiżi kollha tal-UE. Normalment it-tbassir intermedjarju - fi Frar u Settembru - jirrivedi l-iżviluppi għall-akbar ekonomiji tal-UE biss. It-tbassir sħiħ - fir-rebbiegħa u l-ħarifa - ikopri l-iżvilupp, l-inflazzjoni, l-impjieg u l-finanzi pubbliċi fil-pajjiżi kollha tal-UE u bosta pajjiżi barra l-UE. It-tbassir tar-rebbiegħa li jmiss għandu jiġi ppubblikat fil-11 ta' Mejju 2012.

Aktar tagħrif dwar it-tbassir ekonomiku intermedjarju tar-rebbiegħa 2012 English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli