Mogħdija tan-navigazzjoni

Nagħmluha eħfef li tħallas mingħajr ma tuża flus kontanti – konsultazzjoni - 13/01/2012

Id b'kard ta' kreditu filwaqt li l-oħra tittajpja fuq wiċċ ta' laptop. © istock\MorePixels

Neħtieġu l-opinjoni tiegħek dwar kif ix-xerrejja tal-UE jistgħu jingħataw għażla aħjar ta' metodi ta' ħlas mingħajr ma jużaw flus kontanti, b'mod speċjali onlajn – billi nixprunaw il-kompetizzjoni fis-suq tal-ħlas elettroniku.

Meta tixtri xi ħaġa minn pajjiż ieħor tal-UE, ma għandekx tħallas aktar, biex tagħmel użu mill-metodu li tippreferixxi li tħalles bih, milli tħallas f'pajjiżek.

Il-kards bankarji u l-ismartphones joffru metodi aktar ta' malajr u konvenjenti biex tixtri prodotti u servizzi, b'mod speċjali fuq l-Internet. Iżda nuqqas ta' kompetizzjoni fl-UE tirriżulta f'sistemi ta' ħlas elettroniku ineffiċjenti, spejjeż kbar u għażliet limitati kemm għax-xerrejja kif ukoll għall-bejjiegħa.

Il-Kummissjoni qed tħares lejn metodi biex tkun xprunata l-kompetizzjoni u mħeġġa l-innovazzjoni.

Bħala l-ewwel pass, l-UE qed tfittex l-opinjonijiet tal-pubbliku biex ikunu jistgħu jitwettqu dawn l-għanijiet. Dokument ta' diskussjoni DeutschEnglishfrançais jagħti ħarsa ġenerali fuq il-kwistjonijiet, u l-modi possibbli li bihom jistgħu jiġu indirizzati:

  • il-kompetizzjoni – titjib fl-aċċess għas-suq għal provvedituri ta' ħlas eżistenti u arranġamenti biex kumpaniji ġodda jsibuha eħfef li jidħlu fis-suq
  • is-sigurtà u protezzjoni tad-dejta – il-pubbliku jitħeġġeġ biex jagħmel użu minn metodi alternattivi flok dawk ta' ħlas bi flus kontanti billi dawn l-alternattivi jkunu aktar siguri
  • l-informazzjoni ċara dwar l-ispejjeż – il-protezzjoni tal-konsumaturi minn spejjeż li ma jidhrux u ż-żamma ta' prezzijiet baxxi billi tingħata għajnuna ħalli jkunu jistgħu jitqabblu l-istess servizzi
  • is-sistemi li jaħdmu fl-Ewropa kollha – l-introduzzjoni ta' standards tekniċi komuni għal kompatibilità akbar. Fil-preżent id-differenzi nazzjonali jfissru li kards bankarji, pereżempju, ta' spiss ma jistgħux jintużaw barra l-pajjiż li joħroġhom.

Il-konsultazzjoni onlajn English tagħna hi miftuħa sal-11 ta' April 2012. Il-kummenti li jaslulna jservu ta' informazzjoni għad-deċiżjonijiet dwar il-passi segwenti li għandhom jittieħdu, li mistennija jitħabbru qabel Lulju.

Kull proposta li toħroġ mill-konsultazzjoni għandha tikkomplementa l-istandards komuni Panewropej DeutschEnglishfrançais li diġà huma żviluppati għat-trasferimenti diretti tal-kreditu u d-debitu.

It-tħeġġiġ tal-kummerċ elettroniku

Dawn għandhom jappoġġaw ukoll il-miżuri tal-UE biex jissaħħaħ il-kummerċ onlajn (kommerċ elettroniku), bħal 16-il proposta reċenti DeutschEnglishfrançais biex ikun inkuraġġit il-kummerċ elettroniku.

Il-protezzjoni tal-konsumaturi onlajn

L-inforzar tar-regoli tal-UE għall-kummerċ onlajn hu essenzjali biex ikunu protetti x-xerrejja u biex tinbena l-fiduċja tal-konsumaturi. L-UE tagħmel investigazzjonijiet regolari English fuq websajts li joffru prodotti jew servizzi lill-konsumaturi.

L-aħħar waħda kienet verifika għal għarrieda ta' madwar 500 websajt ta' kreditu lill-konsumatur. Minn dawn, 70% nstabu li kienu qed jiksru r-regoli tal-protezzjoni tal-konsumaturi tal-UE. Il-kumpaniji involuti se jintalbu jikkoreġu l-websajts tagħhom – u jekk ma jagħmlux dan jistgħu jittieħdu passi legali kontrihom.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli