Mogħdija tan-navigazzjoni

Nies iħarsu lejn stampi diġitali © EU

Proposti li jħeġġu aktar kummerċ onlajn iħaffu x-xiri minn fuq l-internet madwar l-UE - u jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi.

Il-kummerċ elettroniku joffri bosta benefiċċji potenzjali għall-konsumaturi u n-negozji: prezzijiet imnaqqsa, aċċess iżjed għall-merkanzija, żvilupp ta' servizzi innovattivi u l-ħolqien ta' impjiegi ġodda.

Ix-xiri onlajn jammont għal madwar 3% tan-negozji tal-bejgħ kollu fl-UE, iżda għad fadal ħafna ostakli għall-iżvilupp ta' suq fuq l-internet mingħajr intoppi madwar is-27 pajjiż membru.

Pereżempju, ir-regoli li jiggvernaw il-bejgħ onlajn ħafna drabi jiġu injorati jew ma jkunux ċari, is-siti ma jipprovdux informazzjoni bizzejjed għall-konsumaturi, u tista' tkun diffiċli li wieħed iqabbel il-prezzijiet.

Problemi ta' din ix-xorta jistgħu jgerrxu lill-konsumaturi milli jużaw l-internet għax-xiri tagħhom, avolja jistgħu jiffrankaw (bħalissa hemm stima ta' madwar €11.7bn fis-sena għax-xiri ta' oġġetti). Aktar nies jistgħu jibbenefikaw kieku kien hemm suq tal-internet aktar miftuħ u aktar sikur.

Il-Kummissjoni qed tipproponi 16-il miżura DeutschEnglishfrançais bit-tir li l-bejgħ onlajn jirdoppja sal-2015 permezz ta' ħarsien aħjar tal-konsumaturi, aktar tagħrif u aktar għażla.

Il-proposti l-ġodda:

  • jagħmluha eħfef li wieħed jixtri prodotti u servizzi onlajn (inklużi l-mużika u l-films)
  • jiżguraw li l-prodotti jitwasslu kullimkien fl-Ewropa b'mod effiċjenti u bi prezz li jintleħaq
  • jirrikjedu li l-bejjiegħa onlajn jipprovdu aktar tagħrif dwar il-prodotti u l-prezzijiet tagħhom
  • jgħinu fl-iżvilupp ta' servizzi tal-internet ta' veloċità għolja u infrastruttura tal-komunikazzjoni aħjar sabiex aktar persuni jgawdu aċċess, speċjalment f'żoni rurali u mwarrba
  • jipprovdu lill-konsumaturi b'informazzjoni u protezzjoni aħjar kontra abbużi fuq l-internet.

In-negozji jistgħu jibbenefikaw ukoll minn dawn il-miżuri. Dan jinkoraġġihom jinvestu fil-bejgħ u s-servizzi onlajn. Pereżempju, il-proposti jridu jipprevjenu d-downloads illegali (bħall-films u l-mużika) u jistabbilixxu qafas legali ċar għan-negozju bl-internet.

Il-proposti jikkomplementaw il-liġi tal-kummerċ elettroniku DeutschEnglishfrançais , li tistipola regoli komuni għall-bejgħ onlajn bejn pajjiż u ieħor.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli