Mogħdija tan-navigazzjoni

Taħbila tal-moħħ bi bnadar tal-UE b'biċċa maħruġa minn postha, bid-dawl jiddi mill-vojt minn taħt. © iStock/Eduard Härkönen

Pakkett ta' rakkomandazzjonijiet ekonomiċi u baġitarji jissettja l-prijoritajiet għall-2012 u jinkludi miżuri ġodda biex tissaħħaħ il-governanza u l-istabbiltà finanzjarji fiż-żona tal-ewro.

Il-gvernijiet jeħtiġilhom jorganizzaw il-finanzi pubbliċi u jagħmlu riformi strutturali biex isaħħu t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, tgħid il-Kummissjoni fl-istħarriġ tal-2012 dwar it-tkabbir ekonomiku English .

L-istħarriġ jimmarka l-bidu tat-tieni "semestru Ewropew", ċiklu ta' 6 xhur annwali li matulhom il-gvernijiet jibbenefikaw mill-kontribuzzjoni tal-pari tagħhom tal-UE huma u jifformulaw il-politiki nazzjonali baġitarji u ekonomiċi.

Hu jitlob lill-gvernijiet biex jiffokaw fuq 5 prijoritajiet u miżuri relatati. Fosthom hemm:

  • l-implimentazzjoni ta' politiki baġitarji li jiffavorixxu l-iżvilupp ekonomiku – it-tfassil tal-investiment pubbliku u l-istrateġiji tat-taxxa skont il-ħtiġijiet ta' kull pajjiż
  • Ir-restawr tal-attività ta' dejn lura lejn il-livelli ta' qabel il-kriżi - faċilitar għall-banek biex jaċċessaw il-finanzjament, appoġġ għall-SMEs biex ikollhom aċċess għall-finanzi u, l-iżvilupp ta' sistema Ewropea għal kapital ta' riskju
  • il-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku u tal-kompetittività – tingħata enfasi fuq l-ekonomija diġitali, is-suq komuni għas-servizzi u l-kummerċ barrani, it-tħaffif tal-proċessi relatati mal-proposti tal-UE
  • l-immaniġġjar tal-qgħad u l-effetti soċjali tal-kriżi – il-promozzjoni għall-ħolqien tan-negozju u ta' impjiegi għal dawk li jaħdmu għal rashom, it-titjib tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali biex dawn jieħdu ħsieb ta' dawk l-aktar fil-bżonn
  • il-modernizzazzjoni tal-amministrzzjonijiet pubbliċi – it-tnaqqis tal-burokrazija, il-promozzjoni ta' amministrazzjoni governattiva b'mod elettroniku, u żmien iqsar li fih jistgħu jinbdew negozji ġodda u li ma jkunx aktar minn tliet ijiem

Governanza ekonomika iktar b'saħħitha

Il-pakkett ta' din is-sena jinkludi 2 proposti ġodda li jibnu fuq il-miżuri English meħudin wara li seħħet il-kriżi finanzjarja biex tittejjeb il-governanza ekonomika u biex ikun megħjun il-kontroll tad-dejn pubbliku.

Waħda mill-proposti English se teħtieġ li l-pajjiżi taż-żona tal-ewro jippreżentaw l-abbozz tal-baġit tagħhom kull sena fl-istess żmien. Imbagħad il-Kummissjoni tkun tista' tagħti l-opinjoni tagħha dwarhom, jekk meħtieġ, u titlob lill-gvernijiet biex jirriveduhom skont l-obbligi tagħhom taż-żona tal-ewro.

Proposta oħra English għandha tkabbar is-sorveljanza għall-pajjiżi taż-żona tal-ewro li qed ikunu megħjunin minn assistenza finanzjarja jew li huma mheddin b'instabbiltà finanzjarja serja.

Tisħiħ tal-appoġġ finanzjarju

Il-Kummissjoni qed tniedi wkoll konsultazzjoni pubblika English (data ta' għeluq it-8 ta' Jannar 2012) dwar jekk iż-żona tal-ewro għandhiex tkun f'qagħda li toħroġ bonds kollettivament biex jinġabru flus għall-pajjiżi li għandhom problemi ta' dejn. Id-dħul ta' flus għandu jsaħħaħ il-fond għall-assistenza fiż-żona tal-ewro.

Dokument ta' diskussjoni English jippreżenta l-għażliet għat-tnedija ta' "bonds ta' stabbiltà" ta' din ix-xorta. Kull mossa biex jinħarġu bonds b'mod konġunt tista' tkun possibbli jekk iż-żona tal-ewro tieħu wkoll miżuri biex tissaħħaħ id-dixxiplina baġitarja, tgħid il-Kummissjoni.

Aktar dwar l-istħarriġ tal-iżvilupp ekonomiku għall-2012 u proposti relatati DeutschEnglishfrançaisportuguês

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli