Mogħdija tan-navigazzjoni

Lejn għaqda ekonomika aktar mill-qrib u aktar b'saħħitha - 17/11/2011

Laqgħa tal-MPE fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu © EU

Il-gvernijiet taż-żona tal-ewro għandhom jaġixxu malajr biex jgħinu l-munita komuni, itemmu l-kriżi tad-dejn u jibnu għaqda ekonomika aktar profonda, qal José Manuel Barroso, il-President tal-Kummissjoni, hu u jħabbar pjanijiet għall-proposti ġodda.

"Dan hu għaliex governanza aktar b'saħħitha taż-żona tal-ewro hi vitali għas-sopravivenza u t-tisħiħ tal-munita komuni tagħna," hu qal lill-Parlament Ewropew fis-16 ta' Novembru. "Is-swieq, l-investituri jeħtieġu goveranza aktar b'saħħitha taż-żona tal-ewro. Din mhix biss kwistjoni politika għal dawk bħali u għal ħafna minnkom li għandhom sentiment qawwi għal Ewropa aktar b'saħħitha. Din issa tassew hi kwistjoni ta' sens komun li jkun hemm governanza ekonomika aktar qawwija fiż-żona tal-ewro u fl-Unjoni Ewropea."

Aktar koordinazzjoni ekonomika għandha tagħmilha eħfef għall-gvernijiet biex jikkoordinaw aktar mill-qrib it-tweġibiet tagħhom għall-isfidi ekonomiċi prinċipali tal-UE u jappoġġaw l-isforzi biex jissaħħaħ it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi.

L-UE diġà ħadet għadd ta' miżuri mill-bidu tal-kriżi ekonomika. Dawn jinkludu pakkett ta' sitt miżuri English li jtejbu s-sorveljanza tal-baġit u jgħinu fil-kontroll tad-dejn pubbliku.

Is-sena l-oħra, l-UE nediet ukoll is-semestru Ewropew, ċiklu ta' 6 xhur annwali li matulhom il-gvernijiet jibbenefikaw mill-kontribuzzjoni tal-pari tagħhom tal-UE huma u jifformulaw il-politiki nazzjonali baġitarji u ekonomiċi.

Il-Kummissjoni għandha tibda s-semestru li jmiss fit-23 ta' Novembru bil-ħruġ ta' servej dwar it-tkabbir ekonomiku annwali li jidentifika l-prijoritajiet wesgħin tal-politiki ekonomiċi li dwarhom il-gvernijiet tal-UE jeħtiġilhom li jiffokaw matul is-sena li ġejja.

Qed jiġu proposti wkoll aktar miżuri biex tiżdied is-sorveljanza ekonomika u baġitarja għall-pajjiżi taż-żona tal-ewro li għandhom baġits b'defiċits eċċessivi. Pajjiżi li għandhom problemi ta' dejn sistemiku u se jkollhom ukoll isegwu l-miżuri preskritti mill-pari tagħhom sabiex jakkwistaw l-għajnuna mill-fond ta' assistenza taż-żona tal-ewro.

Il-Kummissjoni se tniedi wkoll konsultazzjoni pubblika dwar jekk iż-żona tal-ewro għandhiex tkun tista' toħroġ b'mod kollettiv bonds biex jinġabru flus għall-fond ta' assistenza.

Mehtiega aktar volontà u tmexxija biex tinbena mill-gdid il-kunfidenza u l-fiducja – fost iċ-ċittadini u fis-swieq finanzjarji, qal il-President Barroso.

"Qegħdin tassew niffaċċjaw kriżi verament sistemika li jeħtiġilha impenn aktar qawwi minna lkoll," qal hu. "Fil-ġejjieni, se jkun jeħtiġilna mmorru anki aktar lil hinn biex insaħħu l-integrazzjoni. U dan se jkun jeħtieġ tibdil fit-trattati. U ippermettuli niċċara dak li qed ngħid: Jien favur tibdil fit-trattati jekk dan ifisser tisħiħ għall-Unjoni Ewropea, il-metodu komunitarju, l-istituzzjonijiet Ewropej u s-sens ta' għan komuni."

Id-diskors tal-President Barroso – il-governanza ekonomika 2011 DeutschEnglishfrançaisportuguês

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli