Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu iktar responsabbli - 17/11/2011

Id b'pinna tipponta lejn ċart tan-negozju fuq skrin LCD © iStock/archives

L-UE qed tipprova ssaħħaħ is-sorveljanza tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu bħala parti mir-riformi tas-suq finanzjaru.

Mill-bidu tal-kriżi ekonomika, l-UE introduċiet riformi DeutschEnglishfrançais biex ittejjeb ir-regolazzjoni tas-swieq finanzjarji tagħha u tipproteġi l-investituri.

Waħda mill-bidliet kienet li tissaħħaħ is-sorveljanza tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, inaqqsu l-kunflitti ta' interess, isiru iktar responsabbli, u jipprovdu iktar informazzjoni lill-investituri. Bħalissa huma ssorveljati mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq English (EMSA), li tista' tikkastigahom talli jiksru r-regoli.

Huma meħtieġa regoli iktar stretti

Madankollu, il-kriżi tad-dejn li għaddejja minnha ż-żona tal-ewro żvelat żoni fejn hemm bżonn ta' iktar sorveljanza. Biex timla dawn id-distakki, il-Kummissjoni qed tipproponi miżuri ġodda DeutschEnglishfrançais biex tgħin tistabilizza s-swieq finanzjarji u tipprovdi lill-investituri b'informazzjoni aħjar dwar ir-riskju tal-kreditu.

Klassifikazzjoni hi evalwazzjoni tal-kapaċità tal-kreditu tad-debitur – pereżempju, ir-riskju li jsir investiment fid-dejn maħruġ minn kumpanija jew pajjiż partikolari. Dan jista' jkollu impatt enormi. Jekk titbaxxa l-klassifikazzjoni ta' pajjiż, ir-rati tal-interessi jogħlew, u jsir iktar għali għall-pajjiż biex jissellef il-flus.

Il-miżuri l-ġodda għandhom:

  • inaqqsu d-dipendenza żejda fuq il-klassifikazzjonijiet – l-istituzzjonijiet finanzjarji mhux se joqgħodu biss fuq il-klassifikazzjonijiet tal-aġenziji tal-kreditu meta jagħżlu l-investimenti. Se jkunu meħtieġa jagħmlu l-evalwazzjonijiet tagħhom stess. L-aġenziji se jkollhom jipprovdu iktar dettalji dwar il-klassifikazzjonijiet tagħhom.
  • jirrikjedu evalwazzjonijiet iktar frekwenti tal-klassifikazzjoni tad-dejn nazzjonali – l-aġenziji se jkollhom jaġġornaw il-klassifikazzjonijiet tal-pajjiżi tal-UE darbtejn fis-sena (minflok darba). Biex jiġi evitat sfrattu fis-suq, il-klassifikazzjonijiet nazzjonali se jiġu ppubblikati wara l-għeluq tas-swieq Ewropej u tal-anqas siegħa qabel ma jiftħu.
  • jiżguraw l-indipendenza - kull 3 snin l-emittenti tad-dejn se jkollhom ibiddlu l-aġenziji li jikklassifikawhom. Barra dan, se tkun meħtieġa l-klassifikazzjoni minn 2 aġenziji differenti għal investimenti kumplessi relatati mad-dejn. Mhux se jkun possibbli li azzjonist kbir ta' aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jkun ukoll azzjonist kbir ta' kompetitur tiegħu fl-istess ħin.
  • jagħmlu l-aġenziji iktar responsabbli – l-investituri se jkunu jistgħu jressqu lmenti ta' responsabbiltà ċivili kontra aġenzija jekk din tikser ir-regoli tal-UE apposta jew b'negliġenza.

Il-proposti jeħtieġ jiġu approvati mill-gvernijiet tal-UE u l-Parlament Ewropew. Il-liġi mistnnija tidħol fis-seħħ fit-tmiem tal-2012.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli