Mogħdija tan-navigazzjoni

L-UE twieġeb għall-kriżi tad-dejn tas-żona tal-ewro - 27/10/2011

Bnadar fuq barra fejn saret il-laqgħa għolja taż-żona tal-ewro – il-bini ta' Justus Lipsius fi Brussell © EU

Il-mexxejja tal-UE qablu dwar miżuri biex jingħata aktar appoġġ lill-pajjiżi li għandhom problemi ta' dejn u biex tinkiseb mill-ġdid l-istabbiltà finanzjarja fl-Ewropa.

Id-deċiżjonijiet meħudin English fis-26 ta' Ottubru huma tweġiba għall-kriżi tad-dejn li qed taffettwa ċerti pajjiżi taż-żona tal-ewro. Dawn il-kriżijiet qed jheddu li jġibu fix-xejn l-istabbiltà ekonomika fiż-żona kollha tal-munita, u b'konsegwenza fil-pajjiżi tal-UE l-oħrajn.

"Il-pakkett li qbilna dwaru hu wieħed komprensiv li jikkonferma li l-Ewropa se tagħmel dak kollu meħtieġ għall-istabbiltà finanzjarja," qal il-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso.

Aktar self lill-Greċja

Soluzzjoni sostenibbli biex il-Greċja tingħata għajnuna ħalli tirkupra tinkludi self ġdid sa €100bn mill-UE u mill-IMF. Il-banek u kredituri privati oħrajn qablu li jaħfru 50% tad-dejn Grieg. Il-pakkett għandu l-għan li jgħin lill-Greċja tnaqqas id-dejn pubbliku għal 120% tal-prodott gross domestiku sal-2020.

Appoġġ aħjar fi kriżi

Il-mexxejja qablu li jkabbru l-fond prinċipali għall-għajnuna lid-dejn tal-UE, il-Faċilità Ewropea għall-Istabbiltà Finanzjarja English (EFSF), mingħajr ma jiżdiedu l-impenji tal-pajjiżi membri. Il-kapaċità tas-self tal-fond se tissaħħaħ għal madwar triljun ewro – żieda ta' ħames darbiet – bl-użu tal-mezzi tas-suq privat.

Riformi bankarji

Il-Gvernijiet għandhom jipprovdu garanzija għall-banek affettwati mill-kriżi tad-dejn nazzjonali. Dawn il-garanziji għandhom ikunu kkoordinati fil-livell tal-UE. Dawn jagħmluha possibbli għall-banek li jkomplu jagħtu s-self meħtieġ għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi.

Miżura temporanja se teħtieġ li l-banek iżidu l-bażi tal-kapital tagħhom għal 9% sa Ġunju 2012. Il-banek għandhom inaqqsu d-dividends li jitħallsu lill-investituri u l-bonusijiet lill-istaff sakemm jilħqu l-mira ta' 9%.

Din iż-żieda ta' flus fil-banek għandha ssaħħaħ is-sistema bankarja. Il-banek għandhom l-ewwel jużaw sorsi privati ta' kapital, imbagħad jekk meħtieġ bl-għajnuna tal-gvernijiet nazzjonali. Bħala l-aħħar miżura jista' wkoll jittieħed self mill-Faċilità Ewropea għall-Istabbiltà Finanzjarja.

Governanza ekonomika iktar b'saħħitha

Il-pajjiżi taż-żona tal-ewro qablu wkoll mal-miżuri biex titjieb il-governanza ekonomika. Se jkun hemm aktar koordinazzjoni fil-politiki ekonomiċi u fil-baġits nazzjonali, flimkien ma' aktar sorveljanza biex jiġi żgurat li l-miżuri huma implimentati.

Iż-żona tal-ewro se tfittex li l-integrazzjoni ekonomika tkun eqreb. Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri mifthemin se jitlesta sa Marzu 2012.

Ir-riżultati priċipali tal-laqgħa għolja taż-żona tal-ewro English

It-tweġiba tal-UE għall-kriżi finanzjarja English

Ewropa 2020 – pjan tal-EU għat-tkabbir ekonomiku sostenibbli

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli