Mogħdija tan-navigazzjoni

It-tbassir eknomiku temporanju: jieqaf l-irkupru - 19/09/2011

Par idejn u tromba fuq mejda bi grafika statistika © istock/RBFried

It-tkabbir tal-UE mistenni kważi jieqaf sa tmiem l-2011 minħabba l-kriżi tad-djun nazzjonali u t-taqlib fis-suq finanzjarju.

Fl-aktar evalwazzjoni reċenti English tal-Kummissjoni għat-tieni nofs tas-sena naraw li l-iżvilupp fl-UE u ż-żona ewro qed inaqqas.

L-iżvilupp fil-PGD tal-UE għat-tieni nofs tal-2011 issa mistenni jitbaxxa. Abbażi ta' dak li seħħ fl-akbar seba' pajjiżi tal-UE, il-PGD mistenni jikber biss b'0.2% kemm fl-UE kif ukoll fiż-żona ewro fit-tielet tliet xhur tas-sena u b'0.2% fl-UE u 0.1% fiż-żona ewro fl-aħħar tliet xhur.

Din il-prospettiva hija influwenzata minn ħafna fatturi, inklużi d-dgħjufija fis-swieq globali, li ta daqqa ta' ħarta lill-esportazzjoni tal-UE, u t-tnaqqis fil-konsum domestiku.

Problemi li jkomplu fis-swieq finanzjarji u l-kriżi tad-djun f'xi pajjiżi taż-żona ewro influwenzaw il-fiduċja biex b'hekk żdiedu l-ispejjeż tal-investiment għan-negozji.

L-inċertezza tas-suq u t-tħassib dwar il-kriżi tad-dejn x'aktarx iwasslu għal perjodu ta' żvilupp dgħajjef fl-UE li għandu jkun itwal u eħrex milli kien mistenni fit-tbassir sħiħ DeutschEnglishespañolfrançaisitalianopolski tar-Rebbiegħa li għaddiet.

L-inflazzjoni tnaqqas bil-mod

L-inflazzjoni mistennija taqqas bilmod minħabba prezzijiet aktar baxxi tal-prodotti, domanda globali aktar dgħajfa u żidiet moderati fil-pagi, imma mistennija tibqa' 'l fuq minn 2% sa tmiem l-2011.

Żvilupp għas-sena

Peress li l-iżvilupp fl-ewwel tliet xhur tal-2011 kien qawwi, il-PGD annwali għas-sena kollha mistenni jkun ta' 1.7% għall-UE u 1.6% għaż-żona ewro.

Il-Kummissjoni tippubblika t-tbassir ekonomiku erba' darbiet fis-sena. It-tbassir komprensiv tar-rebbiegħa u l-ħarifa jkopri t-tkabbir ekonomiku, l-inflazzjoni, il-qgħad u d-defiċits u d-dejn tal-baġit pubbliku għall-pajjiżi kollha tal-UE u diversi pajjiżi mhux tal-UE.

It-tbassir interim - li normalment jiġi ppubblikat fi Frar u f'Settembru - jeżamina l-iżviluppi mit-tbassir preċedenti tal-ikbar ekonomiji biss.

F'Novembru joħroġ it-tbassir li jmiss. Ikun ikopri l-pajjiżi kollha tal-UE u jkun iħares aktar 'il quddiem.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli