Mogħdija tan-navigazzjoni

Riforma fil-baġit, bidla fl-Ewropa - 01/07/2011

Fl-Ewropa kollha, il-familji qed joqogħdu attenti kif jonfqu flushom. Xi oġġetti tal-lussu qed jonqsu, minħabba li n-nies qed jinvestu f'dak li hu l-iktar importanti għall-futur.

L-Unjoni Ewropea qed tagħmel l-istess. Il-proposta tal-baġit DeutschEnglishfrançais tal-Kummissjoni llum tinvesti għat-tkabbir ta' għada. Dawk li jħallsu t-taxxi se jiksbu iktar mill-istess ammont ta' flus li jonfqu. Se jsir tassew baġit Ewropew. Baġit favur l-integrazzjoni.

Stimolu għat-tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea

Parti kbira tal-baġit se tkun maħsuba biex il-persuni bla xogħol jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol u biex tikber l-ekonomija. Il-Faċilità l-ġdida Nikkollegaw l-Ewropa se tiffinanzja n-nuqqasijiet fl-enerġija, it-trasport u t-teknoloġija tal-informazzjoni.

Se jkun hemm ammont sinifikanti ta' fondi ġodda għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, u għar-riċerka u l-innovazzjoni biex jinħolqu l-impjiegi u l-ideat tal-futur. U l-flus għar-reġjuni inqas żviluppati se jmorru għall-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku, li għandha tgawdi minnhom l-Ewropa kollha.

Ewropa iktar sikura

Ħafna mill-isfidi tal-lum imoruu lilhinn mill-fruntieri nazzjonali. U hu ħafna irħas għall-Ewropa li twieġeb permezz ta' politika koordinata minflok b'27 politika differenti.

Ikel sikur u tajjeb għas-saħħa se jkun fil-qalba tat-tibdiliet fil-fondi għall-agrikoltura tal-Ewropa. 30% tal-ħlasijiet diretti lill-bdiewa se jiddependu mill-bdiewa biex jagħmlu s-settur iktar favur l-ambjent.

Ewro se tħares l-ambjent, tistimola l-effiċjenza fl-enerġija u tiġġieled kontra t-tibdil fil-klima, issaħħaħ il-koeżjoni u tippromwovi l-miri soċjali fl-istess ħin. Dan jista' jkun xprun ewlieni f'bosta oqsma.

Il-baġit il-ġdid se jsaħħaħ ukoll il-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-Ewropa u jipprovdi fondi ġodda biex jiġu indirizzati l-kriminalità, it-terroriżmu u ċ-ċiberkriminalità.

Ewropa importanti fid-dinja

Il-progress tat-teknoloġija qed jagħmel id-dinja dejjem iżgħar. Alleanzi li qed jinbidlu u poteri emerġenti ġodda jfissru li l-Ewropa jeħtieġ taħdem iktar biex issemmha leħinha.

Il-fondi għad-difiża tal-interessi tal-Ewropa se jiżdiedu. L-avvenimenti reċenti fil-Mediterran tan-Nofsinhar għal darb'oħra wrew l-impatt ta' avvenimenti drammatiċi fuq l-Ewropa. Se jiġu pprovduti inċentivi għal dawk il-pajjiżi li jwasslu riformi politiċi u ekonomiċi li jsaħħu d-demokrazija fir-reġjun.

L-Ewropa, li tipprovdi iktar minn nofs l-għajnuna għall-iżvilupp fid-dinja, hi determinata li tikkommetti ruħha li tonfoq 0.7% tal-DGN sal-2015. Il-baġit il-ġdid iżomm din il-wegħda.

Baġit iktar ġust u iktar trasparenti

Dawk li jħallsu t-taxxi jeħtieġ ikunu jafu kif qed jintefqu l-flus. Il-baġit il-ġdid għandu jkun iktar sempliċi, iktar trasparenti u iktar ġust. Qed nipproponu li jsir tibdil fil-mod ta' finanzjament tal-baġit, permezz tal-ħolqien ta' sorsi ġodda ta' dħul biex parzlament jieħdu post il-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq id-dħul gross nazzjonali ta' kull Stat Membru. Nemmnu li dan għandu jiffavorixxi aħjar lill-familji u lill-gvernijiet.

Aktar tagħrif dwar il-pjan tal-baġit 2014-2020 English

Aktar tagħrif dwar il-pjan tal-baġit tal-UE DeutschEnglishfrançais

Aktar tagħrif dwar il-baġit tal-UE DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli